Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1804
Date Icon 16/08/2012

Libell kontra l-Oppożizzjoni Laburista

B'referenza għall-istqarrija tal-Partit Laburista (2 ta’ Awwissu 2012) fejn minkejja li l-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku kkonfermat ċar u tond illi

(1) ebda konsulent ma kien fil-fatt ingaġġat fis-Servizz Pubbliku;

(2) il-bordijiet tal-għażla jaqgħu direttament taħtha u

(3) ebda membru tal-Bord ma qajjem xi riservi dwar l-eliġibiltà tal-kandidati,

Il-Ministru Joe Cassar fetaħ kawża ta' libell kontra l-Partit Laburista u d-diriġenti tiegħu.

Minkejja li l-istqarrijiet varji tal-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll tal-Public Service Commission, il-Ministeru jinnota wkoll li matul dawn l-aħħar jiem One News baqa’ jxandar allegazzjonijiet bl-iskop ewlieni li jtappan ir-reputazzjoni ta’ diversi professjonisti li kienu involuti f’bordijiet tal-għażla għal diversi pożizzjonijiet.

Dan baqa’ jseħħ anke matul dawn l-aħħar ġranet. L-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni huma infondati u għalhekk ġie ppreżentat libell.

Barra minn hekk l-Oppożizzjoni, fin-nuqqas assolut ta’ politika dwar is-saħħa rikbet fuq rapport li ġie ppublikat fuq il-ġurnal ILLUM, u intefa’ dubju dwar l-integrità ta’ professjonist stabbilit hekk kif ġie magħżul bi proċess trasparenti għal rwol mediku fil-qasam tas-saħħa. 

Iżda anke hawn, filwaqt li Dott Muscat jitkellem dwar meritokrazija, il-media tal-Oppożizzjoni tagħmel mod ieħor u saħansitra tagħżel li, akkost ta’ kollox, titfa’ dell ikrah anke fuq il-professjonisti.  Din id-differenza bejn dak li jgħid Dott Muscat u dak li fil-fatt tagħmel il-media tal-Oppożizzjoni tkompli turi kemm l-Oppożizzjoni lesta tuża l-kulħadd fit-tama li tikseb xi vot, anke jekk dan ifisser li titfa’ dubju dwar il-professjonalità ta’ professjonist. Aġir ta’ min jistmerru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow