MALTA QED TIPPARTEĊIPA FIL-PROGRAMM GĦALL-ASSESSJAR INTERNAZZJONALI TAL-ISTUDENTI (PISA)
Malta ħadet sehem għall-ewwel darba fil-PISA Plus fl-2009. L-istħarriġ tal-PISA 2009 Plus beda f’Ottubru 2009 u l-istudju prinċipali sar f’Marzu 2010. Ir-riżultati tiegħu kienu ppubblikati f’Diċembru 2011.
F’Settembru 2008 l-OECD, billi kien hemm numru ta’ pajjiżi interessati li jipparteċipaw fil-PISA 2009 kienet se torganizza eżerċizzju msejjaħ PISA 2009 Plus, u stiedent lil Malta tipparteċipa fih kif fil-fatt għamlet.
Għall-istħarriġ tal-PISA 2012 li beda f’Marzu 2011, inħass li kien kmieni wisq li Malta terġa’ tieħu sehem peress li r-riżultati tal-PISA 2009 Plus kienu se jiġu ppubblikati f’Diċembru 2011.
Madankollu Malta se tipparteċipa fiċ-ċiklu li jmiss, jiġifieri f’PISA 2015 billi jkun għadda biżżejjed żmien biex ikunu studjati r-riżultati tal-PISA 2009 Plus u jibdew jinħassu l-effetti tar-riformi li qed isiru fis-sistema edukattiva.
Ir-riżultat tal-ewwel stħarriġ tal-PISA 2009 Plus se jkunu riflessi ukoll fil-verżjoni finali tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali. Studji internazzjonali oħra li fihom ħadet sehem Malta (TIMSS u PIRLS) ukoll għenu biex ġiet żviluppata il-Viżjoni għall-Edukazzjoni fix-Xjenza u partijiet sostanzjali tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017