Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1790
Date Icon 12/08/2012

Dott Muscat jibqa’ juri li ma jafx id-differenza bejn impjiegi ġodda u żieda fl-impjiegi

Dott Muscat dal-għodu reġa wera li ma jafx jagħmel id-differenza bejn impjiegi maħluqa u żieda fl-impjiegi.

F’kull diskors li qed jagħmel Dott Muscat qed iħawwad iż-żewġ affarijiet biex jippruva jagħti l-impressjoni li ma nħolqux 20,000 impjieg.

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jistenna li Kap tal-Oppożizzjoni jkun jaf x’inhi d-differenza bejn impjiegi maħluqa u żieda fl-impjiegi.  Li Dott Muscat jibqa’ jħawwad it-tnejn, bi żball jew apposta, juri nuqqas ta’ kompetenza u nuqqas ta’ serjeta’ mill-oppożizzjoni laburista.

F’pajjiżna, fl-aħħar 4 snin inħolqu 20,000 impjieg ġdid minkejja r-riċessjoni internazzjonali.  L-impjiegi ġodda inħolqu b’riżultat tal-ħidma tal-Gvern u l-fiduċja li għandu s-settur privat fid-direzzjoni li miexi biha pajjiżna.  Is-settur privat irrisponda għall-iskemi u l-inċentivi li ħoloq il-Gvern u investa aktar, ħoloq aktar impjiegi ġodda u impjega aktar ħaddiema.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow