STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Dott Muscat jibqa’ juri li ma jafx id-differenza bejn impjiegi ġodda u żieda fl-impjiegi
Dott Muscat dal-għodu reġa wera li ma jafx jagħmel id-differenza bejn impjiegi maħluqa u żieda fl-impjiegi.
F’kull diskors li qed jagħmel Dott Muscat qed iħawwad iż-żewġ affarijiet biex jippruva jagħti l-impressjoni li ma nħolqux 20,000 impjieg.
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jistenna li Kap tal-Oppożizzjoni jkun jaf x’inhi d-differenza bejn impjiegi maħluqa u żieda fl-impjiegi. Li Dott Muscat jibqa’ jħawwad it-tnejn, bi żball jew apposta, juri nuqqas ta’ kompetenza u nuqqas ta’ serjeta’ mill-oppożizzjoni laburista.
F’pajjiżna, fl-aħħar 4 snin inħolqu 20,000 impjieg ġdid minkejja r-riċessjoni internazzjonali. L-impjiegi ġodda inħolqu b’riżultat tal-ħidma tal-Gvern u l-fiduċja li għandu s-settur privat fid-direzzjoni li miexi biha pajjiżna. Is-settur privat irrisponda għall-iskemi u l-inċentivi li ħoloq il-Gvern u investa aktar, ħoloq aktar impjiegi ġodda u impjega aktar ħaddiema.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017