STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ
Dalgħodu l-MUMN ġabret għadd ta’ stqarrijiet li kienet ħarġet matul is-sena flimkien biex terġa’ tattakka il-qasam tas-saħħa, li fi ħdanu hemm ukoll infermiera u qwiebel li huma wkoll membri tal-MUMN.
Dwar l-impjieg tal-infermiera, l-MUMN taf sew dak li qed isir u taf li dan il-proċess jinsab fil-parti konklussiva tiegħu. Għalhekk is-serjeta’ kienet titlob li l-MUMN tgħid li taf fejn wasal il-proċess u mhux tipprova tagħti impressjoni li ma sar xejn biex hekk kif jigi konkluż tgħid li kien riżultat tal-istqarrija ta’ dal-għodu. L-affarijiet ma jsirux hekk.
Dwar l-ambulanzi, l-isptar Mater Dei diga ħareg spejga ċara u wera kif l-MUMN kienet ukoll kompletament żbaljata f’dak li qalet. Mhux gust li jsiru allegazzjojijiet infondati, din id-darba lejn il-professjonisti fi ħdan il-Biomedical Department
Hija tassew ħasra li l-MUMN titfa dubju fuq il-professjonijiet fil-qasam tas-saħħa. B’dan il-mod la jgawdu l-professjonijiet u lanqas igawdu l-pazjenti.
Il-Ministeru jtenni r-ringrazzjment tiegħu għall-ħidma li ssir minn dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017