Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ

pr1786
Date Icon 11/08/2012

Dalgħodu l-MUMN ġabret għadd ta’ stqarrijiet li kienet ħarġet matul is-sena flimkien biex terġa’ tattakka il-qasam tas-saħħa, li fi ħdanu hemm ukoll infermiera u qwiebel li huma wkoll membri tal-MUMN.

Dwar l-impjieg tal-infermiera, l-MUMN taf sew dak li qed isir u taf li dan il-proċess jinsab fil-parti konklussiva tiegħu. Għalhekk is-serjeta’ kienet titlob li l-MUMN tgħid li taf fejn wasal il-proċess u mhux tipprova tagħti impressjoni li ma sar xejn biex hekk kif jigi konkluż tgħid li kien riżultat tal-istqarrija ta’ dal-għodu.  L-affarijiet ma jsirux hekk.

Dwar l-ambulanzi, l-isptar Mater Dei diga ħareg spejga ċara u wera kif l-MUMN kienet ukoll kompletament żbaljata f’dak li qalet.  Mhux gust li jsiru allegazzjojijiet infondati, din id-darba lejn il-professjonisti fi ħdan il-Biomedical Department

Hija tassew ħasra li l-MUMN titfa dubju fuq il-professjonijiet fil-qasam tas-saħħa.  B’dan il-mod la jgawdu l-professjonijiet u lanqas igawdu l-pazjenti.

Il-Ministeru jtenni r-ringrazzjment tiegħu għall-ħidma li ssir minn dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow