Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, L-KULTURA U L-AMBJENT

pr1785
Date Icon 10/08/2012

Risposta għall-istqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Roderick Galdes

Il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent jagħmel  referenza għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjannar Roderick Galdes.

Tajjeb li jiġi relevat li s-Sur Roderick Galdes, minbarra li hu deputat huwa wkoll impjegat tal-MEPA u membru fuq il-Bord tal-istess MEPA u għalhekk jinsab aġġornat bizzejjed li bħalissa  għaddejjin diskussjonijiet fil-Bord tal-MEPA, dwar jekk permess ta’ żvilupp għandux ikollu l-fakultà li jiġi  mġedded awtomatikament jew le. Din id-diskussjoni qed issir wara talba li saret mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżvilupaturi.

Is-Sur Galdes naqas milli jsemmi li kull permess għall-iżvilupp jinħareġ  għal terminu ta’ ħames  snin, skont il-liġi. Dan il-perjodu huwa definit biex l-iżvilupatur jagħmel ix-xogħol fi żmien raġonevoli  u  għall-ġid tar-residenti u l-kommunità ta’ madwar is-sit li m’għandhomx jitħallew għal żmien indefinit mingħajr ma jafu meta ser isir l-żvilupp permess.

Filwaqt li l-Awtorità hija konxja tal-impenji finanzjarji li l-applikanti jgħaddu minnhom meta  jiżviluppaw proġetti kbar u li l-applikanti jistgħu minn żmien għal żmien jgħaddu minn perjodi ta’ inċertezza finanzjarja li ma tippermetilhomx jagħmlu l-iżvilupp permess,  l-Awtorità  għandha wkoll l-obbligu li tissalvagwardja u tagħraf l-interessi tar-residenti u l-komunità tal-madwar.

Għaldaqstant kull diskussjoni dwar jekk permess li jkun ser jiskadi, għandux jiġi estiż jew le għall-perjodu ieħor b’mod awtomatiku għandu jsir fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi kollha. Wieħed kien jippretendi li l-Onor. Galdes ikun aktar sensittiv lejn l-interessi tar-residenti li spiss ibagħtu mill-inkonvenjent ta’ kostruzzjoni li tkun għaddejja biswithom, u juri aktar rispett lejn il-membri l-oħra tal-Bord tal-Awtorità qabel ma joħroġ stqarrija fuq suġġett li qiegħed jiġi diskuss mill-istess Bord li fuqu huwa stess ipoġġi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow