STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-istqarrija ta’ Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson u kelliem għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Intern ta’ l-Alternattiva Demokratika.
Li kieku ra l-fatti jew ta’ l-anqas qara l-istqarrija ppubblikata l-bieraħ mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, is-Sur Cacopardo u l-Partit li jifforma parti minnu ma kienux jieħdu falza stikka u jiżbaljaw.
Din l-istqarrija ta’ Cacopardo, turi n-nuqqas ta’ serjetà li biha timxi l-Alternattiva Demokratika kif ukoll tikkonferma li l-iskop ta’ din l-istqarija kien biss tentattiv biex tagħmel ħoss.
Imissu jwarrab min kien kontra u oppona l-immodernizzar ta’ L-impjant ta’ Sant’ Antnin. Li kien għall-Partit Laburista u l-Alternattiva Demokratika, kieku pajjiżna mhux talli għadu ma saħħaħx l-infrastruttura neċċessarja, iżda kieku għadu qas biss beda, u baqa’ lura f’dan is-settur.
Li kieku verament is-Sur Cacopardo u l-AD għandhom għal qalbhom l-ambjent, kienu jsemmu kemm fl-aħħar snin pajjiżna avvanza f’dan il-qasam tant li fost oħrajn:
- Ingħalqu l-miżbliet mhux ikkontrollati u għaddej il-proċess għar-riabilitazzjoni tagħhom biex jinbidlu f’parks;
- Saret engineered landfill,
- Ingħalqu l-inċineraturi li kienu jniġġsu bħal dak tal-Isptar San Luqa u nfetaħ wieħed modern skont standards Ewropej;
- Sar l-immodernizzar tal-Impjant ta’ Sant Antnin, biex illum pajjiżna qed jipproduċi wkoll l-enerġija mill-iskart;
- Beda l-ġbir ta’ skart issepparat mid-djar;
- Saru l-bring in sites;
- Inbnew 5 ċentri li jilqgħu fihom skart goff filwaqt li fil-ġranet li għaddew ġie approvat il-permess mill-MEPA biex tinbena s-sitt waħda
Dan kollu juri kemm is-suċċess fl-immaniġjar tal-iskart jitkellem waħdu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017