Left arrow Mur Lura

SKOLA SAJF TIĊĊELEBRA JUM L-IMĦABBA LEJN L-ANNIMALI

pr1774
Date Icon 09/08/2012

L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Stephen Spiteri dalgħodu ltaqa’ ma’ grupp ta’ tfal li qed jattendu Skola Sajf waqt li kienu qed iżuru l-Mużew tal-Istorja Naturali fl-Imdina.  Fiċ-ċentri ta’ Skola Sajf f’Malta u Għawdex illum kienet ġurnata dedikata għall-imħabba lejn l-annimali u fil-Mużew tal-Istorja Natural it-tfal setgħu jaraw u japprezzaw diversi speċi ta’ annimali.

F’diskors qasir lill-istudenti l-Assistent Parlamentari tkellem dwar l-importanza tal-annimali fil-ħajja tal-bniedem u kif l-annimali huma parti integrali min-natura u allura għandna nħobbuhom u nieħdu ħsiebhom u nassiguraw li ma nħallu lil ħadd jaħqarhom.

Stephen Spiteri tkellem ukoll u faħħar l-inizjattiva ta’ Skola Sajf li qed toffri opportunità lil aktar minn 3000 tifel u tifla f’Malta u Għawdex li jutilizzaw b’mod pjaċevoli il-vaganzi tas-Sajf filwaqt li jagħtu ċans lill-ġenituri tagħhom ikomplu bil-ħidma normali tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow