Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1767
Date Icon 08/08/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-istqarrija tal-Onor. Brincat

L-Onor. Brincat għażel li flok jivverifka l-fatti jirreferi għal rapport li jibbaża fuq statistika ta’ sentejn ilu u li ma tirrapreżentax ir-realtà sħiħa tal-pajjiż. Żgur li ma tingħatax midalja fl-olimpjadi jekk tmur sentejn tard. Li kien għall-Oppożizzjoni u l-pariri ħżiena li dejjem tat fuq l-iskart, kieku llum għad għandna l-miżbla tal-Magħtab miftuħa u tikber bl-iskart b’mod mhux kontrollat. Li kien għall-Oppożizzjoni bit-tfixkil tagħhom mhux biss konna niġu l-aħħar għax opponew kull faċilità li għamilna, iżda li kien għall-Onor Brincat u l-Oppożizzjoni qas biss nikklassifikaw għax kieku Malta ma daħlitx membru fl-Unjoni Ewropea. L-immaniġġjar għall-iskart għall-Gvern mhux logħba tal-olimpjadi, mhux bħall-Oppożizzjoni li dejjem lagħbet bil-kliem fuq dan is-suġġett u saħansitra ppruvat tfixkel pjanijiet tal-Gvern biex isir l-investiment f’dan il-qasam.

Id-dettalji fir-rapport ma jirrapreżentawx l-istampa kollha fil-pajjiż, għall-fatt li qabel kienet il-Wasteserv biss li kienet tipprovdi dawn id-dettalji u dawn kienu jiġu kkunsidrati  bhala ċ-ċifri uffiċjali. Iżda llum dan is-settur tant żviluppa u ħoloq impjiegi ġodda fil-qasam tal-ambjent, li llum insibu diversi operaturi privati li jikkumerċjalizzaw l-iskart, għalhekk l-entitajiet inkarigati bil-ġbir tad-data u bl-istatiska jridu jiġbru wkoll dettalji minn dawn l-operaturi biex l-istatistika tkun qed tirrifletti l-pajjjiż sħiħ. 

Infatti ċifri li għandha l-Wasteserv u li ġabret hi, jirrizulta li filwaqt li sal-2010 kien hemm madwar 85% tal-iskart li kien imur il-Landfill (u li minnu l-Wasteserv diga kienet qed tiehu hsieb ta 15% li jmur ghar-riciklagg ), fl- 2011 il-figuri niżlu għall- 59% landfill u 41% riċiklagg, u fl-2012 s’issa qegħdin madwar 57% li jmur fil-landfill u 43% jmur għar-riċiklaġġ.

Dan jikkonferma kemm f’dan is-settur sar avvanz, investiment u nħolqu opportunitajiet ta’ xogħol anki mas-settur privat li qed jagħraf jisfrutta l-iskart bħala riżorsa. L-avvanzi li saru f’dan is-settur jitkellmu weħidhom u l-pubbliku hu parti mis-suċċessi miksuba għall-fatt li kull ma jmur qiegħed dejjem aktar jissepara l-iskart.

Dawn iċ-ċifri juru wkoll id-differenza u l-qabża għall-aħjar li pajjiżna għamel bl-immodernizzar tal-Impjant ta’ Sant Antnin, kontra l-parir tal-Oppożizzjoni. B’fondi ewropej inbnew ukoll 5 ċentri li jilqgħu fihom skart goff domestiku. Sa Diċembru 2011, aktar minn 85,000-il tunnellata ta’ skart goff inġabar minn dawn il-faċilitajiet, li dejjem offrew servizz b’xejn lill-pubbliku. Bdiet is-sistema ta’ ġbir ta’ skart isseparat mid-djar u permezz tal-bring in-sites b’xejn, saret ukoll Engineerred landfill u inċineratur ġdid li ħa post inċineraturi li kienu jniġġsu, filwaqt li qed isir ir-riabilitazzjoni tal-miżbliet il-magħluqa biex jinbidlu f’parks għall-familji.

Il-Ministeru jagħraf li f’dan il-qasam fadal xi jsir, tant li l-pjan ta’ x’irid isir hu stabbilit fl-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart solidu li ġiet aġġornata wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li fih l-Onor. Brincat u l-Oppożizzjoni baqgħu siekta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow