Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET FIL-KUMPLESS SPORTIV TA’ GĦAWDEX GĦAT-TGAWDIJA TAL-ISPORTIVI GĦAWDXIN

pr1766
Date Icon 08/08/2012

Fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex f’Victoria jinsabu għaddejjin xogħlijiet estensivi ta’ ristrutturar u manutenzjoni b’investiment ta’ madwar €420,000, li ser jissarrfu f’titjib tal-ambjent li fih l-isportivi Għawdxin jipprattikaw id-dixxipplini rispettivi tagħhom.

Wara li tlestew ix-xogħlijiet relatati mal-manutenzjoni tas-saqaf tas-sala ewlenija tal-kumpless, tfassal ukoll saqaf ġdid tal-aluminju li ser ikun qed jgħatti dak eżistenti biex jilqa’ għall-elementi naturali. Dan l-istess saqaf ser jippermetti wkoll li jiġu nstallati pannelli fotovoltaiċi. Qed isir ukoll xogħol fuq is-sistema tal-elettriku, fuq il-gutters li ser jitqiegħdu fit-truf tas-saqaf kif ukoll xogħol fuq il-parquet. Il-fażi tax-xogħlijiet li jmiss tinkludi stallazzjoni ta’ twieqi fil-ġnub tas-sala u tqegħid ta’ polycarbonate transparent sheeting fuq ġenb tal-kumpless bil-għan li matul il-ġurnata jsir użu mid-dawl naturali u b’hekk jintaqqas il-konsum tal-elettriku. 

Meta żaret il-Kumpless Sportiv waqt l-andament tax-xogħlijiet, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet li l-isport huwa promotur ewlieni ta’ soċjetà li tadotta stili ta’ ħajja aktar b’saħħitha, u tkellmet dwar il-ħtieġa li l-poplu jsegwi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa. Żiedet tgħid li l-isport huwa parti integrali mill-proġett Eko Għawdex għax joffri kwalità ta’ ħajja aħjar għal kull min jipprattikah. Il-Ministru Debono qalet li dan ix-xogħol strutturali ser ikompli jtejjeb il-faċilitajiet u jżid is-servizzi għal dawk kollha li jiffrekwentaw dan il-kumpless. 

It-titjib fil-faċilitajiet mistennija joffru ambjenti aktar akkoljenti lit-tfal li ser ikunu qed jipparteċipaw f’edizzjoni oħra ta’ Skola Sport li terġa’ tibda f’Novembru li ġej. Skola Sport toffri taħriġ f’dixxipplini sportivi diversi għal studenti mill-ewwel sena primarja sal-ewwel sena sekondarja. L-applikazzjonijiet jibdew jintlaqgħu f’Settembru fejn l-applikanti jkunu jistgħu jagħżlu minn diversi dixxipplini fosthom hip-hop, breakdance, table u lawn tennis, ċikliżmu, tixbit, ġinnastika, arti marzjali u ħiliet tal-futbol. Trasport ikun provdut b’xejn mil-lokalitajiet kollha f’Għawdex għall-Kumpless Sportiv u lura. Bħas-snin l-imgħoddija s-sessjonijiet isiru kull nhar ta’ Sibt bejn Novembru u Mejju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow