Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1765
Date Icon 08/08/2012

L-Oppożizzjoni tipprova timmina l-ħidma ta’ 632 professjonist u ħaddiem

 Wara li lbieraħ ingħatat statistika li turi fiċ-ċar il-ħidma fil-qasam tal-Kura Primarja qed tħalli l-frott għall-ġid tal-pazjenti, illum l-Oppożizzjoni, fin-negattività tagħha, għamlet minn kollox biex tiskredita l-ħidma ta’ 632 professjonist u ħaddiem li jaħdmu f’dan il-qasam. L-attakk li għamlet l-Oppożizzjoni hu attakk dirett fuq il-ħaddiema. Il-Ministeru jirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam tal-Kura Primarja tal-ħidma tagħhom għall-ġid tal-pazjenti. Hu għajb li l-Oppożizzjoni tipprova timmina din il-ħidma li ssir b’dedikazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet iddominata minn, bħas soltu, nuqqas ta’ ideat fir-rigward tal-qasam tas-saħħa, l-Oppożizzjoni, bħas-soltu użat dawk li allegatament huma pazjenti biex jitfgħu dell ikraħ fuq is-servizzi tas-saħħa. 

 Għal darb’oħra l-Oppożizzjoni wriet in-nuqqas ta’ interess li għandha dwar il-qasam tas-saħħa meta, waqt konferenza li organizzat f’għaġġla semmiet nofs veritajiet u punti li assolutament li mhux minnhom.  

Mhux veru dak li qalet l-Oppożizzjoni li r-riforma fil-kura primarja ġiet evitata mill-Ministru. Fil-fatt, ilbieraħ il-Ministru għas-Saħħa tkellem speċifikament dwar ir-riforma.  

Mhux veru li s-sistema MY Health mhux taħdem. Fil-fatt dan il-metodu prattiku diġà qiegħed jintuża u se jkompli tinfirex. Minn din is-sistema, il-pazjent u t-tabib għandu aċċess għall:

 -          discharge letters tal-Isptar Mater Dei (case summaries)

-          lista tat-tobba li jistgħu jaħdmu f’pajjiżna, u li lilhom tista’ twassal it-tagħrif mediku tiegħek permezz tal-myHealth

-          informazzjoni dwar il-mediċini li inti bħalissa intitolat li tiġbor permezz tas-servizz tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek

-          il-parti l-kbira tar-riżultati tal-laboratorju (Haematology, Biochemistry, Immunology u Toxicology), li jkunu nħadmu mil-laboratorji tal-Gvern

-          rapporti dwar l-eżamijiet kollha diġitali ta x-rays, CT scans, MRI, Ultrasound, eċċ, li jkunu saru fl-isptarijiet u l-kliniċi tal-Gvern

Jidher ukoll li l-Oppożizzjoni ma tafx x’servizzi jingħataw fuq livell ta’ Kura Primarja, u tħawdet ma dawk li jingħataw mill-Isptar Mater Dei.  Barra minn hekk, ilbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għas-Saħħa semma wkoll dak li qiegħed isir fiċ-ċentri tas-Saħħa tal-Mosta u tar-Rabat, fejn qed isir investiment kumplessiv ta’ miljun ewro. 

 L-Oppożizzjoni tgerfxet ukoll fil-kritika tagħha stess.  Fil-fatt l-Oppożizzjoni insiet li kien sar proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ fejn litteralment kulħadd seta jagħti sehemu. 

Il-fatt li dawn il-punti kollha ġew imħabbra f’konferenzi differenti tal-Gvern u l-Oppożizzjoni ma ndunatx bihom juri n-nuqqas ta’ interess li għandha l-Oppożizzjoni fil-konfront tas-saħħa.   

Sadattant l-Oppożizzjoni, permezz ta’ politika ta’ negattività, injorat il-fatt li bħalma kien imħabbar ilbieraħ, filwaqt lis-sena li għaddiet ingħataw aktar minn miljun servizzi, minn Jannar sa Lulju ta’ din is-sena ingħataw aktar minn 678,000 servizz fil-qasam tal-kura primarja. Iżda, għall-Oppożizzjoni, il-ħidma tal-professjonisti ma tfisser xejn, u allura tiddeċiedi li tinjoraha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow