IS-SUR MARIO GALEA MAĦTUR CHAIRMAN TAL-AWTORITA TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI (MRA)
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, ħatar lis-Sur Mario Galea bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Bord tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (ritratt anness).
Is-Sur Galea huwa Accountant u Awditur li riċentament irtira mill-kumpanija Ernst & Young wara karriera twila ta’ 35 sena. Hu kien responsabbli mit-twaqqif tal-istess kumpanija f’Malta fejn ukoll serva bħala Managing Partner, Head of Assurance u Compliance Officer.
Is-Sur Galea kien jifforma wkoll parti mill-kunsill tal-Istitut Malti tal-Accountants sa Ġunju ta’ din is-sena fejn serva wkoll bħala president tal-Istitut bejn is-snin 2005 – 2007. Għal tnax-il sena kien membru wkoll tal-Bord tal- Accountancy fil-Ministeru tal-Finanzi.
Matul il-karriera tiegħu kien ukoll membru tal-kunsill tal-Federazzzjoni ta’ Accountants Ewropej (FEE) fi Brussel għal sentejn u rrapreżenta lil Gvern Malti f’fora relatati mal-professjoni tiegħu partikolarment fl-Auditing Regulatory Committee of the Internal Market Directorate tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Pullicino awgura l-ħidma tajba liċ-Chairman il-ġdid.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017