Left arrow Mur Lura

HERCEPTIN: MEDJA TA 250 VJALA FIX-XAHAR B’XEJN LILL-PAZJENTI MORDA BIL-KANĊER

pr1762
Date Icon 08/08/2012

Il-Gvern qed jinvesti aktar biex jiġġieled il-kanċer.  F’dawn l-4 snin li għaddew il-Gvern, filwaqt li investa aktar fil-prevenzjoni fosthom bil-ftuh ta’ Breast Screening Center investa wkoll f’Linear Accelerator ġdid biex tingħata kura aktar effettiva permezz tar-raġġi u wkoll żied il-medicini b’xejn kontra tipi differenti ta’ kanċer, fosthom kanċer fid-demm, fil-moħħ, fis-sider u oħrajn. 

Il-Gvern jixtri medja ta’ 2,200 vjala ta Herceptin fis-sena, u mill-2009 l’hawn, bħala medja intużaw 250 vjala ta Herceptin fix-xahar.  Din l-għajnuna addizzjonali lill-pazjent tfisser aktar aċċessibilita’ lejn mediċinali li jgħinu waqt il-ġlieda kontra l-kanċer.  

Il-pazjenti li jkollhom kanċer tas-sider qed jingħataw il-Herceptin b’xejn wara li jiġi stabilit li dawn il-persuni għandhom dan it-tip ta’ kanċer u li jista’ jiġi kkontrollat permezz ta’ din il-mediċina.

Hekk kif kien imħabbar fl-2008, il-mediċina Herceptin iddaħħlet fil-formolarju tal-medicini li joffri l-Gvern.  Dan il-pass fisser li l-pazjent seta jieħu il-Herceptin b’xejn.  L-ewwel konsenja ta 20 vjala kienet waslet f’Diċembru 2008 u bdiet tingħata minnufiħ b’xejn lill-pazjenti skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-onkoloġista li jkun qiegħed isegwi l-pazjent. 

Din il-mediċina tingħata permezz ta injection fil-vina, normalment darba fil-ġimgħa għal total ta’ tlett ġimgħat, skont il-bżonnijiet mediċi tal-pazjent.  Normalment dan il-proċess jieħu madwar 80 minuta, u jiddependi fuq il-piż u trattamenti oħra li l-pazjent ikun qiegħed jirċievi. 

Il-Herceptin tingħata lill-pazjenti li jkunu f’dak li jissejjaħ livell 3 tal-kanċer, wara li jkunu għamlu intervent kirurġiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow