STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-AMBJENT U L-KULTURA
Politika li bil-fatti qed tissarraf f’riżultati pożittivi u benefiċċju ekonomiku
Il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista u li fiha ntqal li pajjiżna għandu bżonn strateġija għas-settur tat-turiżmu.
Il-Partit Laburista donnu ma jafx li l-Gvern nieda l-Politika tat-Turiżmu (2012-2016). Il-Gvern qiegħed iwettaq politika tat-turiżmu b’suċċess li qed tissarraf mhux biss f’numru rekord ta’ turisti iżda wkoll f’numru rekord ta’ ljieli li dawn iqattgħu f’pajjiżna u dħul rekord mit-turiżmu. Minn dan is-suċċess qegħdin igawdu l-investituri, l-ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur u s-soċjetà Maltija.
Il-Partit Laburista qiegħed jgħid li jrid ibiddel din l-istrateġija li sena wara sena qed tagħti l-aqwa riżultati. Il-Partit Laburista mhux qed jgħid x’ser ibiddel. Ta’ min ifakkar li l-Oppożizzjoni Laburista kienet kontra l-intoduzzjoni tal-linji tal-ajru low cost f’pajjiżna. L-Oppożizzjoni Laburista wkoll riċentament ħarġet tikkritika il-fatt li l-linji tal-ajru low cost qed joperaw ċertu rotot. Fid-dawl tal-istqarrija ta’ llum, il-Partit Laburista għandu jispjega x’inhi l-politika tiegħu għal dan is-settur u x’bidliet qiegħed jissuġerixxi li jsiru fl-istrateġija nazzjonali mfassla mill-Gvern b’konsultazzjoni mal-istakeholders.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017