Left arrow Mur Lura

ESPERTA FIL-PROKREAZZJONI MEDIKAMENT ASSISTITA MISTIEDNA GĦAL SEMINAR PUBBLIKU DWAR L-IVF

pr1751
Date Icon 07/08/2012

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, u l-Ministeru tas-Saħħa u l-Kura fil-Komunità se jorganizzaw djalogu pubbliku dwar metodi ta’ prokreazzjoni medikament assistita u l-IVF. Il-kelliema prinċipali f’dan id-djalogu pubbliku se tkun Dottoressa Eleonora Porcu, mill-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija fl-Università ta’ Bologna fl-Italja.  Id-djalogu pubbliku se jsir il-Ħamis 9 ta’ Awwissu 2012 fis-700pm fil-Grand Hotel Excelsior fil-Floriana.

Dottoressa Porcu ilha mill-1990 responsabbli miċ-Centro di Sterilità e Fecondazioni Assistite del Servizio di Fisiopatologia della Riproduzione Umana dell'Ospedale S.Orsola fejn għamlet madwar 4,000 trattament ta’ riproduzzjoni assistita.

Ilha mill-1993 tikkordina l-korsijiet f’riproduzzjoni assistita fl-Università ta’ Bologna.  Fl-1994 inħatret Direttur taċ-Ċentru għall-Istudji u t-Terapija dwar l-Isterilità tal-Koppji fl-Università ta’ Bologna.  F’Jannar 2001 kienet nominata mill-Gvern Taljan fuq kummissjoni biex tistudja l-iffriżar tal-bajd (oocyte vitrification) li kienet maħtura mill-Ministeru tas-Saħħa Taljan. Hija wkoll membru tal-Kumitat tal-Bijoetika tal-Gvern Taljan.

Fis-27 ta’ Lulju li għadda l-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja ppubblika Abbozz ta’ Liġi li permezz tiegħu, għall-ewwel darba f'pajjiżna, se jkun qed jiġi regolat it-trattament u l-proċess tal-IVF bħala metodu ta' prokreazzjoni assistita. L-abbozz ta’ liġi jismu "Embryo Protection Bill". Il-miri tal-Gvern u ta’ dan l-abbozz ta’ liġi huma mnebbħa mill-prinċipju tal-ħarsien tal-ħajja. Il-liġi tħares il-ħajja ta’ embrijun uman li jiġi kkonċeput bl-IVF; u tagħti ċ-ċans lil koppja li għal xi raġuni jew oħra ma jirnexxilhiex ikollha tarbija b'mod naturali, sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jsiru ġenituri, mingħajr ma dan id-dritt tagħhom iħalli effett negattiv fuq il-ħajja tal-embrijuni li jiġu kkonċeputi bl-IVF. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow