Left arrow Go Back

DIN IS-SENA NGĦATAW AKTAR MINN 687,000 SERVIZZ TA’ KURA PRIMARJA MILL-BEREĠ U ĊENTRI TAS-SAĦĦA

pr1750
Date Icon 07/08/2012

L-ewwel punt ta’ referenza għandu jkun it-tabib tal-familja

Bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena ngħataw 678,682 servizz ta’ Kura Primarja mill-Bereġ u ċ-Ċentri tas-Saħħa.  Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura Fil-Komunità Dr Joe Cassar waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta Raħal Ġdid.   Il-Kura Primarja għandha rwol ċentrali fis-servizzi tas-saħħa, qal il-Ministru, filwaqt li sostna li l-ewwel punt ta’ referenza għal pazjent ma għandux ikun speċjalista iżda it-tabib tal-familja (bereġ / Ċentri tas-Saħħa).

Il-Ministru Cassar qal li llum it-tabib tal-familja huwa speċjalista wkoll u jkun ħa taħriġ professjonali apposta biex ikun jista jagħti l-aqwa parir fuq livell ta’ mediċina ġenerali.  Il-Gvern joffri diversi servizzi tas-saħħa fil-livell ta’ Kura Primarja permezz ta’ 8 ċentri tas-saħħa u 42 berġa. Dr Cassar qal li minkejja li hawn il-perċezzjoni li ftit nies jużaw is-servizzi tal-kura primarja, il-fatti juru mod ieħor, bħal ma hu indikat fit-tabelli hawn taħt.

January - July 2012

Number of clients examined in all Health Centres by General Practitioners

243,493

Number of clients examined in ‘Bereg’(Peripheral Clinics)

61,974

Number of Home Visits done

9,816

Number of clients examined in all Health Centres by General Practitioners

243,493

Number of clients examined in ‘Bereg’(Peripheral Clinics)

61,974

Number of Home Visits done

9,816

Servizzi tal-Kura Primarja,  Jannar – Lulju 2012

Il-Ministru Cassar qal li r-riforma fil-Kura Primarja għadejja kontinwament f’dak li huwa tibdil ta proċessi u sistemi kif ukoll tisħiħ strutturali.  Filwaqt li bħalissa qed isir investiment ta’ miljun Ewro fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat u l-Mosta, il-pjanijiet jinkludu wkoll l-introduzzjoni ta’ sala għall-operazzjonijiet minuri fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Dr Natasha Azzopardi Muscat, Chief Medical Officer, qalet li tajjeb li napprezzaw il-bidla li seħħet fil-qasam tas-saħħa matul is-snin, partikolarment fejn jidħol taħriġ professjonali.  Il-fatt li llum it-tobba tal-familja huma speċjalizzati fil-qasam jgħin biex persuna tingħata l-kura meħtieġa malajr u f’waqtha.  Dr Muscat qalet ukoll li nbeda eżerċizzju bejn il-Kapijiet Eżekuttivi tal-Isptar Mater Dei u tal-Kura Primarja bl-iskop li s-sistema tas-saħħa tkompli tissaħħaħ għall-ġid tal-pazjent.  Hi ħabbret li, f’numru ta’ kliniki fid-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar Mater Dei nbdiet proċedura fejn madwar ġimgħa qabel ma pazjent ikollu appuntament dan jiġi mfakkar u l-appuntament jiġi konfermat.  Dan minħabba l-fatt li qed ikun hemm ħafna appuntamenti li mhux qed jinżammu, b’detriment għall-pazjenti stess.

Is-Sur Edward Borg, Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja appella biex il-pazjent iżomm l-appuntament li jkollu u qal li huwa importanti li kull min imur f’Berġa jew Ċentru tas-Saħħa, jieħu l-karta tal-identità.  Hu qal li jekk min ma jkunx ġej għal xi appuntament jinforma liċ-ċentru rispettiv, aktar pazjenti ikunu jistgħu jinqdew f’ħin iqsar.

Il-Ministru Cassar irringrazzja lill-professjonisti u l-ħaddiema kollha fil-qasam tal-kura primarja tax-xogħol u l-impenn tagħhom fil-konfront tal-pazjent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow