Left arrow Go Back

​IFFIRMAT FTEHIM DWAR PROFESSJONISTI TAS-SAĦĦA U APPARAT MEDIKU GĦALL-PROĠETT KENN GĦAL SAĦĦTEK

pr1735
Date Icon 04/08/2012

Il-President George Abela u l-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar iffirmaw ftehim li permezz tiegħu l-Ministeru għas-Saħħa ser jipprovdi l-professjonisti li se jkunu qed jgħinu lill-persuni li se jużaw iċ-ċentru Kenn għal-Saħħtek li ġie mħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-Ministeru għas-Saħħa ser jipprovdi wkoll l-apparat mediku neċessarju li ser ikun bżonn matul ta dan il-programmi. 

Professjonijisti varji ser jiffurmaw parti minn tim multi-dixxiplinarju bl-iskop li jgħinu persuni li qed jesperjenzaw problema ta’ saħħa relatata ma’ ikel żejjed, jew in-nuqqas tiegħu. Eżempji jinkludu anorexia, obeżita u bulemia.

Permezz ta’ dan il-ftehim twaqqfet il-Fondazzjoni Kenn għall-Saħħtek li se tkun responsabbli mit-tmexxija ta’ programm li ser joffri stil ta’ ħajja ġdida u li tippromwovi is-saħħa għal dawk li jibdewh.  Id-diversi professjonisti tas-saħħa se jaħdmu flimkien billi jużaw il-ħiliet ta’ xulxin f’setturi differenti sabiex il-persuna tgawdi mhux biss minn stat ta’ saħħa fiżikament aħjar iżda mentalment ukoll, kemm waqt u anke wara il-programm.

L-E.T. President Abela qal li s-soċjetà Maltija li hija tant ġeneruża jixraqilha li jkollha din ix-xorta ta’ servizz b’xejn.  Kompla jgħid li minbarra dawk l-individwi u NGO’s li jiġu mgħejjuna mill-Malta Community Chest Fund ta’ kuljum,  żdied ukoll dan il-proġett li minbarra li se jagħti stil ta’ ħajja aħjar lil dawk il-persuni li jsofru minn din il-kundizzjoni, se wkoll itaffi mit-tbatijiet tal-familjari u ħbieb ta’dawn il-persuni li jgħixu magħhom.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li din hi opportunità tad-deheb għall-ħafna nies, li filwaqt li jħossu li jridu jibdlu l-istil ta’ ħajjithom għal-ġid ta’ saħħithom, ma jirnexxilhomx jilħqu fejn jixtiequ minħabba diversi fatturi, kemm interni u anke esterni.  Dr Cassar qal li kien jagħmel biss sens li l-Ministru għas-Saħħa jagħti l-kontribut tiegħu għal dan il-proġett li finalment se jwassal għall-popolazzjoni aktar infurmata u aktar b’saħħitha, b’mod tassew prattiku.  L-ambjent li fih se jkunu qed jgħixu dawk li ser jagħmlu l-programm se jkun wieħed ideali kemm għalihom kif ukoll għall-professjonisti u se jkun hemm aktar possibilità li bniedem jirnexxilu jagħmel il-bidla li jixtieq.

Il-Ministru Cassar irringrazzja lill-President George Abela li wera daqstant interess fil-proġett, u li bħala Chairman tal-Malta Community Chest Fund tah il-ħajja.  Hu qal li din il-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Malta Community Chest Fund se sservi litteralment bħala punt li fih persuna se tiddeċiedi li tbiddel ħajjitha, u tevita numru ta’ problemi ta’ saħħa, li jfisser li se tgħix kwalità ta’ ħajja aħjar.

Fil-waqt li l-Malta Community Chest Fund se  tinvesti  €2 miljun sabiex jiġi irranġat iċ-ċentru, il-Ministeru għas-Saħħa se jinvesti spiża ta miljun ewro fis-sena f’professjonisti u apparat mediku neċessarju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow