Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1731
Date Icon 03/08/2012

L-Allegazzjonijiet ta’ Dott Muscat u tal-Oppożizzjoni huma kompletament infondati. L-Oppożizzjoni tinjora kompletament lill-Public Service Commission

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jinnota li b’mod konsistenti l-Oppożizzjoni qed tirrifjuta li tifhem dak li qed tgħid il-Public Service Commission.

Dan minnu nnifsu huwa atteġjament perikoluż għax jindika li l-Oppożizzjoni qed tagħżel li tinjora l-awtorità tal-Public Service Commission li hija awtorità kostituzzjonali.

Filwaqt li matul dawn l-aħħar jiem ħareġ ċar li kontra ta dak li bdiet tallega l-Oppożizzjoni, ma kien hemm ebda irregolarità u ma kien hemm ebda konsulent mhux kkawlifikat li kien qed jaħdem fl-Isptar Mater Dei, l-Oppożizzjoni qed tibqa tallega li l-Ministru għas-saħħa hu responsabbli ta affarijiet li ma seħħewx.

Bla preġudizzju għad-dritt tal-Ministru li jieħu passi legali kontra dawn l-allegazzjonijiet malafamanti tal-Oppożizzjoni, il-Ministeru għal darb’oħra jappella għal aktar serjetà minn naħa tal-Oppożizzjoni.

Dan mhux biss juri li l-Oppożizzjoni lesta tuża lil kulħadd għall-iskopijiet tagħha, iżda fuq kollox kienu xhieda ta' kemm l-Oppożizzjoni qed titratta s-saħħa b’nuqqas ta' interess u serjetà.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow