INIZJATTIVI MILL-AMBAXXATA MALTIJA FI SPANJA QED IWASSLU GĦAL ŻIEDA FIT-TURIŻMU
Inizjattivi mill-Ambaxxata Maltija fi Spanja, flimkien mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, li jippromwovu lil Malta bħala destinazzjoni turistika, qed iwasslu għal żieda fin-numru ta’ turisti li jiġu minn Spanja.
Fil-ħidma konsolari tagħha, l-Ambaxxata Maltija fi Spanja rrispondiet madwar 1500 talba għall-informazzjoni fuq diversi aspetti fosthom turiżmu, viża, t-tagħlim tal-lingwa Ingliża u talbiet fuq opportunitajiet għall-investiment.
L-Ambaxxata għenet individwi u kumpaniji barranin f’10 każi ta’ reġistrazzjoni tal-vapuri fir-reġistru marittimu Malti, kif ukoll 5 każijiet ta’ residenza fiskali f’Malta. L-Ambaxxata għenet 10 kumpanji Maltin u tat informazzjoni lil 15-il kumpanja interresati biex jiftħu n-negozju f’Malta. L-Ambaxxata, flimkien mal-Konsli Ġenerali, qed jaħdmu flimkien sabiex tingħata l-aħjar għajnuna liċ-ċittadini Maltin.
Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-Ambaxxata Maltija fi Spanja kienet parteċipi f’ħafna laqgħat u attivitajiet. L-għan kien biex Malta tiġi promossa bħala ċentru t’investiment kif ukoll bħala sieħeb potenzjali fin-negozju. It-tisħiħ tal-ekonomika Maltija ingħatat prominenza f’żewġ pubblikazzjoniet ekonomiċi Spanjoli, Moneda Unica u s-sezzjoni finanzjarja tal-gazzetta El Pais.
L-Ambaxxata qed taħdem sabiex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għall-istudenti Spanjoli biex jigħallmu l-lingwa Ingliża. L-Ambaxxata pparteċipat f’ħafna avvenimenti relatati mat-turiżmu, fosthom fieri tat-turiżmu u l-ivjaġġar, esebizzjonijiet u attivitajiet oħra f’dan il-qasam. Iktar kmieni din is-sena, l-Ambaxxata Maltija fi Spanja ipparteċipat f’FITUR, l-akbar fiera annwali tat-turiżmu Spanjola.
Malta ingħatat prominenza f’ diversi mezzi tal-istampa, fosthom il-pubblikazzjoni Katalana Europa. Din ippubblikat intervista mal-Ambaxxatur Malti għal Spanja Tanya Vella. Malta ingħatat prominenza ukoll fir-rivista Joyce International Fashion Magazine. L-Ambaxxatur Vella tkellmet dwar Malta bħala post li jattira l-investiment f’intervista li xxandret fuq Radio Manises f’Valencia
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017