Left arrow Go Back

INIZJATTIVI MILL-AMBAXXATA MALTIJA FI SPANJA QED IWASSLU GĦAL ŻIEDA FIT-TURIŻMU

pr1722
Date Icon 02/08/2012

Inizjattivi mill-Ambaxxata Maltija fi Spanja, flimkien mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, li jippromwovu lil Malta bħala destinazzjoni turistika,  qed iwasslu għal żieda fin-numru ta’ turisti li jiġu minn Spanja. 

Fil-ħidma konsolari tagħha, l-Ambaxxata Maltija fi Spanja rrispondiet madwar 1500 talba għall-informazzjoni fuq diversi aspetti fosthom turiżmu, viża, t-tagħlim tal-lingwa Ingliża u talbiet fuq opportunitajiet għall-investiment. 

L-Ambaxxata għenet individwi u kumpaniji barranin f’10 każi ta’ reġistrazzjoni tal-vapuri fir-reġistru marittimu Malti, kif ukoll 5 każijiet ta’ residenza fiskali f’Malta.  L-Ambaxxata għenet 10 kumpanji Maltin u tat informazzjoni lil 15-il kumpanja interresati biex jiftħu n-negozju f’Malta.  L-Ambaxxata, flimkien mal-Konsli Ġenerali, qed jaħdmu flimkien sabiex tingħata l-aħjar għajnuna liċ-ċittadini Maltin.  

Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-Ambaxxata Maltija fi Spanja kienet parteċipi f’ħafna laqgħat u attivitajiet.  L-għan kien biex Malta tiġi promossa bħala ċentru t’investiment kif ukoll bħala sieħeb potenzjali fin-negozju.  It-tisħiħ tal-ekonomika Maltija ingħatat prominenza f’żewġ pubblikazzjoniet ekonomiċi Spanjoli, Moneda Unica u s-sezzjoni finanzjarja tal-gazzetta El Pais. 

L-Ambaxxata qed taħdem sabiex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għall-istudenti Spanjoli biex jigħallmu l-lingwa Ingliża.  L-Ambaxxata pparteċipat f’ħafna avvenimenti relatati mat-turiżmu, fosthom fieri tat-turiżmu u l-ivjaġġar, esebizzjonijiet u attivitajiet oħra f’dan il-qasam.  Iktar kmieni din is-sena, l-Ambaxxata Maltija fi Spanja ipparteċipat f’FITUR, l-akbar fiera annwali tat-turiżmu Spanjola.  

Malta ingħatat prominenza f’ diversi mezzi tal-istampa, fosthom il-pubblikazzjoni Katalana Europa.  Din ippubblikat intervista mal-Ambaxxatur Malti għal Spanja Tanya Vella.  Malta ingħatat prominenza ukoll fir-rivista Joyce International Fashion Magazine.  L-Ambaxxatur Vella tkellmet dwar Malta bħala post li jattira l-investiment f’intervista li xxandret fuq Radio Manises  f’Valencia

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow