TNEDIJA TAL-PROĠETT ‘KENN GĦAL SAĦĦTEK’
Il-President George Abela flimkien mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi taw konferenza stampa għat-tnedija tal-proġett “Kenn għal Saħħtek”
Dan il-Proġett qed jitnieda mill-Malta Community Chest Fund u l-Gvern.
Il-Malta Community Chest Fund dehrilha li toħloq proġett fejn is-soċjetà tkun provduta servizz b’xejn lejn persuni li jbatu minn eating disorder jew obesità. Saret riċerka u nġabret informazzjoni rigward is-suġġett u l-President George Abela żar żewġ Ċentri l-Italja f’Todi u Pieve – F’Todi kien twaqqaf l-ewwel Ċentru ġewwa l-Italja għaxar snin ilu.
F’Malta ma kellnix stampa tas-sitwazzjoni lokali u għalhekk il-MCCF ikkommissjonat lill-NSO biex iwettaq survey u flimkien ma’ Dr Neville Calleja (Direttur tal-Informazzjoni u Riċerka fid-Dipartiment tas-Saħħa) għamlu dan l-istudju.
Mis-Survey irriżulta li s-sitwazzjoni preżenti f’ Malta mhix differenti mill-bqija tal-Ewropa, u bħal f’pajjiżi oħra din hija problema mill-aktar reali.
Saru laqgħat mal-Gvern fejn ġiet ippreżentata l-idea. Kellha tinstab dar li ma tkunx parti mill-isptar u tiġi mibdula f’Ċentru li jilqa’ persuni li jbatu minn Eating disorders u Obesità.
Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, għamel trasferiment tal-Ex Sisters’ Quarters li tinsab Triq Dar il-Kaptan, l-Imtarfa lill-Malta Community Chest Fund, li din se tkun responsabbli li tirrestawra u tagħmmar il-post sabiex jinħoloq dan iċ-Ċentru.
Inħolqot fondazzjoni msejħa ‘Kenn Għal Saħħtek’ bejn il-Malta Community Chest Fund u l Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fis-Socjetà se jkun qed jipprovdi s-servizz mediku u l-ispejjez kurrenti biex jitmexxa dan iċ-Ċentru.
Ġew ippubblikati sejħiet għall-offerti biex tibda l-ħidma fuq il-binja u l-board tal-evalwazzjoni se jkun magħmul mill-Imħallef Emeritus J Filletti, il-Perit Martin Attard Montalto, is-Sur Chris Naudi (Senior Partner Ernst & Young), is-Sur Andrew Psaila u s-Sur Harry Fenech.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017