Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1717
Date Icon 01/08/2012

Kontra għal dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni, ma kien ingaġġat l-ebda Konsulent

Għal darb’ oħra l-Oppożizzjoni titfa’ t-tajn qabel ma tivverifika l-fatti

Il-Gvern irid jagħmilha ċara li kuntrarjament għal dak li qed talludi l-Oppożizzjoni Laburista, ebda kandidat li mhux kwalifikat ma kien ingaġġat bħala Konsulent Kirurgu.

Kif kien spjegat fl-istqarrija tal-bieraħ, wara proċess trasparenti u li kien jinkludi diskussjonijiet bejn il-Gvern, il-MAM, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, saru l-emendi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jinħarġu l-imsemmija sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-karigi ta’ konsulenti.

Dawn is-sejħiet fil-fatt reġgħu inħarġu u l-kandidati qed jistennew li jkunu msejħa għall-interview. Dan ikompli jikkonferma dak li għidna qabel, u ċioè, li ebda kandidat mhux kwalifikat ma kien impjegat mal-Gvern.

Jidher ovvju li l-Oppożizzjoni jew trid tqarraq bil-poplu jew ma tafx kif jitħaddmu l-proċessi tal-għażla tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Ir-rwol ta’ kull Ministru huwa li wara li jkun lest il-proċess, li jkun kollu kemm hu ppatroċinat mill-PSC, jiffirma, f’isem il-Gvern, l-appointment tal-kandidati magħżula. Il-fatt li l-Oppożizzjoni Laburista jidrilha li l-Ministru jista’, jew għandu, b’xi mod jinterferixxi l-proċess tal-PSC, sfortunatament ifisser li l-Oppożizzjoni għadha marbuta mal-prattiċi tal-passat fejn il-ministri kienu jiddeċiedu fuq kollox u fuq kulħadd.  

Mhux hekk biss, jidher ukoll li l-esponenti tal-Partit Laburista lanqas bejniethom ma jafu xi jridu. L-ewwel għamlu kampanja biex il-Gvern ixandar l-ismijiet tal-membri tal-Bord, u meta dawn ingħataw, għax wieħed mill-membri huwa kandidat Laburista, issa jridu lil ħaddieħor jerfa’ r-responsabbilta`. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow