Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA`

pr1706
Date Icon 31/07/2012

L-Oppożizzjoni indunat b’dak li kien ovvju

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita bi pjaċir jinnota li, anke jekk wara ġimgħa, l-Oppożizzjoni indunat b’dak li kien ovvju.

Fil-fatt il-Ministeru,  il-ġimgħa li għaddiet qal hekk:

“Fi stqarrija mħawda għall-aħħar, il-Partit Laburista jidher li ma fehem xejn dwar is-sistema adottata fejn jidħlu impjiegi mal-Gvern. Sabiex professjonist ikun jista’ jaħdem fis-servizz pubbliku, irid ikun reġistrat mal-Kunsill rispettiv, liema pass jista’ jsir biss wara li l-professjonist ikun fil-fatt ġab il-kwalifiki meħtieġa.”

- Stqarrija mill-Ministeru l-Erbgħa 25 ta Lulju 2012

“Huwa r-riżultat li jagħti l-kwalifika lill-persuna u mhux l-interview.”

- Stqarrija mill-Ministeru il-Ħamis 26 ta’Lulju 2012

“Ovvjament, irrilevanti mill-pożizzjoni miksuba wara l-interview, jekk persuna ma jiksibx ilkwalifiki neċessarji, ma jiāix ikkunsidrat għall-dak l-impjieg.”

- Stqarrija mill-Ministeru il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju 2012

“Għaldaqstant il-Ministeru jerġa’ jirrepeti li l-kwalifika miksuba mill-istudent li tħoll u torbot u huwa ovvju li jiġu impjegati dawk l-istudenti li għaddew minn eżamijiet u saru professjonisti.”

- Stqarrija mill-Ministeru il-Ħadd 29 ta’ Lulju 2012

L-Oppożizzjoni, wara li ippruvat tuża u tbeżża l-istudenti, indunat li kienet hi biss li ma fehmet xejn.  Illum l-Oppożizzjoni  fin-negattivita` u nuqqas ta’ politika tagħha ħadet mertu ta’ taħwida li ħolqot hi stess!! 

Filwaqt li l-importanti hu li l-Oppożizzjoni ma tibqax tuża l-istudenti u l-professjonisti għall-iskopijiet tagħha, ir-realta` hi l-Oppożizzjoni indunat li għaġġlet mingħajr ma ndenjat ruħha tivverifika l-fatti. 

Sadattant l-Oppożizzjoni reġgħet kienet konsistenti u ma semmiet xejn dwar pjanijiet politiċi għall-qasam.  Il-Ministeru jappella lill-Oppożizzjoni biex tieħu l-qasam b’aktar serjeta`.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow