Left arrow Mur Lura

DIVERGENT THINKERS: OPPORTUNITÀ TA’ ŻVILUPP FIL-POTENZJAL KREATTIV U INNOVATTIV TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA

pr1694
Date Icon 30/07/2012

Emanuel Bonnici u Giola Cassar huma r-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni 

Il-Gvern jemmen fil-kapaċitajiet taż-żgħażagħ Maltin u għal dan il-għan ifittex li jipprovdi kull opportunità biex jiżviluppa l-ħiliet u t-talenti tagħhom. Dan jagħmlu mhux biss permezz ta’ edukazzjoni formali iżda anke b’edukazzjoni non-formali li tindokra l-potenzjal kreattiv u innovattiv li tant għandna bżonn għal sens akbar imprenditorjali fl-ekonomija u biex noħolqu ekonomija innovattiva li toħoloq ix-xogħol. Hekk saħaq l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport meta illum żar il-wirja Divergent Thinkers u qassam il-premijiet lill-artisti żgħażagħ rebbieħa ta’ din l-edizzjoni. 

Divergent Thinkers hija wirja ta’ arti unika li qed issir fil-Kavallier ta’ San Ġakbu minn 27 ta’ Lulju sat-2 ta’ Settembru, organizzata minn Aġenzija Żgħażagħ b'kollaborazzjoni mal-Kavallier ta' San Ġakbu. 

L-Onor Puli qal li dan il-programm huwa wieħed mill-programmi ta’ empowerment għaż-żgħażagħ amministrati minn Aġenzija Żgħażagħ li twaqqfet apposta mill-Gvern biex tippromovi u tissalvagwardja l-interessi taż-żgħażagħ u tagħtihom opportunitajiet biex itejbu l-ħiliet tagħhom. Aġenzija Żgħażagħ permezz tal-programm Divergent Thinkers u oħrajn bħal Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ, il-Voltours u l-Konkors Kitba Letteratura għal Żgħażagħ Adoloxxenti qed tagħti opportunitajiet ta’ tagħlim mhux formali liż-żgħażagħ. 

Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li l-Gvern jifhem kemm hu utli għas-soċjetà li ż-żgħażagħ jiġu magħġuna u mħarrġa fil-kultura u fl-innovazzjoni. Huwa saħaq li dan il-proġett jingħaqad ma’ inizjattivi oħra li ħa l-Gvern fl-aħħar snin fosthom il-boroż ta’ studju fl-arti u l-iskola tal-arti li għad trid tinfetaħ. 

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l-għan tal-Gvern huwa li dan il-programm jagħti opportunità lill-artisti żgħażagħ jilħqu l-potenzjal artistiku u kulturali tagħhom u fl-istess waqt iservi ta’ vetrina għall-artisti żgħażagħ biex juru t-talenti tagħhom.

Din il-wirja hija tentattiv biex tesplora l-proċessi kreattivi differenti użati mill-artisti żgħażagħ f'Malta. Din il-wirja ma għandiex tema partikolari, minflok, tiffoka fuq il-proċessi ta’ ħsieb li l-artisti u ħassieba kreattivi oħra jesperjenzaw meta normalment ikunu għadhom fl-istadji bikrija ta’ xogħolhom. Spiss, dan l-istadju tal-ħolqien tal-ħsieb huwa kaotiku u normalment jibqa' moħbi fil-moħħ jew fl-istudju tal-artist.

Għalhekk din il-wirja tipprova wkoll turi kif artist jesplora possibbiltajiet artistiċi differenti qabel ma jieħu riżultat wieħed jew varjazzjonijiet fuq tema. Fl-aħħar ta’ dan il-proċess, l-artist jippreżenta l-prodott finali - pittura, skultura, fotografija jew filmat. 

Wara sejħa miftuħa għall-artisti, xogħlijiet ta’ seba' artisti żgħażagħ Maltin kienu magħżula u żviluppati f’xogħol li jesplora l-aspetti differenti ta' ħsieb diverġenti. L-artisti fil-wirja huma Adrian Abela, Aaron Bezzina, Emanuel Bonnici, Giola Cassar, Luca Cauchi, Patrick Mifsud u Michael Xuereb. Ir-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena huma Emmanuel Bonnici u Giola Cassar.

Emmanuel Bonnici, l-artist bl-aqwa xogħol, ingħata 6 ġimgħat residenza f’Ċentru tal-Arti Internazzjonali u €1,000 biex itella wirja esklussivaitmanet għalih fil-Kavalier ta’ San Ġakbu. Filwaqt li Giola Cassar rebħet it-tieni premju u ingħatat  €1,000 biex itella wirja fil-Kavalier ta’ San Ġakbu 

Matul din l-attività tkellmu wkoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma u l-kuratur ta’ din il-wirja l-artist Dr Raphael Vella.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow