Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1689
Date Icon 29/07/2012

L-Oppożiżżoni tkompli b’politika ta’ misinformazzjoni

Dalgħodu Dott Muscat irrepeta allegazzoni infondata dwar l-impjieg ta’ professjonisti ġodda fi ħdan is-servizz tas-saħħa.

Minkejja li matul din il-ġimgħa il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità wassal spjegazzonijiet ċari fi tlett stqarrijiet differenti, jidher li l-Oppożizzjoni qed tagħżel it-triq li tuża l-istudenti u tnissel dubju dwar dan il-proċess.  Minkejja li dan huwa konsistenti man-negattività u n-nuqqas t’ interess tal-oppożizzoni fil-qasam tas-saħħa, il-Ministeru qed jerġa jappella għal-aktar maturità u responsabilità minn naħa tal-Oppożizzjoni.

Huwa assolutament inġust li l-Oppożizzoni tuża l-istudenti b’dan il-mod wara snin ta’ studju.

Għaldaqstant il-Ministeru jerġa’ jirrepeti li l-kwalifika miksuba mill-istudent u huwa ovvju li jiġu impjegati dawk l-istudenti li għaddew minn eżamijiet u saru professjonisti.

B’referenza għall-liġi dwar l-IVF, jidher li Dott Muscat jaħseb li liġi simili tista ssir f’temp ta’ ftit ġranet.  Filwaqt li dan naturalment mhux minnu, kien dan il-Gvern li permezz ta’ diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi stqarr l-intenzjonijietr tiegħu fir-rigward.  It-tnehdija, kienet ir-riżultat ta’ snin ta’ studju u konsultazzjonijiet ma’ diversi awtoritajiet fil-qasam.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow