Left arrow Mur Lura

SE TERĠA’ TINBENA L-KAPPELLA TA’ SANTU R-ROKKU FUQ IL-KONTRAGWARDJA TA’ SAN MIKIEL FIL-BELT VALLETTA

pr1686
Date Icon 28/07/2012

Waqt dawra mal-proġett estensiv ta’ restawr ta’ swar li qed isir fil-Belt Valletta, illum il-Ministru għar-Riżorsi u l- Affarijiet Rurali George Pullicino ħabbar li l-kappella ta' Santu r-Rokku li kienet mibnija fuq il-Kontragwardja ta’ San Mikiel se terġa’ tinbena.

Din il-kappella kienet inbniet fi żmien il-Kavallieri, eżattament fi żmien il-Gran Mastru Lascaris lejn is-sena 1643. Din il-Kappella inbniet fuq il-Kontragwardja ta’ San Mikiel fl-Belt Valletta biex thares lejn Lazzarett, liema post hu magħruf bħala Manoel Island. L-għan li għalih inbniet din il-kapella kien biex toffri servizz ta' quddies għan-nies li kienu f’kwarantela f’Lazzarett. 

Din il-kappella ċkejkna kienet iġġarfet matul it-tieni gwerra dinija. Kif għadu jindika s-sit sa’ llum minn din il-kappella kien fadal biss l-artal maħdum bil-ġebel u parti mill-ħajt tagħha. Waqt il-preparamenti għal-akbar xoghol estensiv ta’ restawr li qatt sar f'pajjizna ġie deċiż li, biex is-swar jingħataw id-dehra oriġinali tagħhom u jitgawdew fil-glorja tagħhom, din il-kappella żgħira terġa tinbena fuq l-istil oriġinali. Dokumentazzjoni ta’ ritratti li nstabu fil-pusess ta' Heritage Malta servew ta’ xhieda ta' kif kienet tidher din il-kappella u għalhekk id-direttorat tar-restawr qed iwettaq xogħol preparatorju sabiex fix-xhur li ġejjin din il-Kappella terġa tingħata l-ħajja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow