Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1685
Date Icon 27/07/2012

Charles Buhagiar u Joe Mizzi jemmnu l-qlajjiet tas-Super One

Charles Buhagiar u Joe Mizzi qed jemmnu l-qlajjiet ta’ ONE Television. Mhux vera li l-Ministru Fenech qal li l-qtugħ ta’ dawl huwa konsegwenza li t-tarmac qed idub. Dan il-kliem qalu biss ir-reporter tas-Super One.

Għal kuntrarju, fost numru ta’ raġunijiet differenti msemmija mill-Ministru Fenech – u li jinstema’ fl-istess feature tal-aħbarijiet ta’ Super One, jissemma’ l-fatt li bis-sħana qawwija, it-tarmac jibda jirtab, jespandi u jpoġġi pressjoni akbar fuq l-infrastruttura ta’ taħt l-art. Kien spjegat ukoll li l-maġġoranza tal-faults saru f’żoni fejn għaddejjin xogħlijiet intensivi – u dan m’għandux x’jaqsam ma’ ippjanar ta’ Dipartimenti. Meta jerġgħu jinbnew toroq mill-ġdid, il-cables ta’ taħt l-art jitneħħew mit-trenches u jiġu nstallati mill-ġdid. Dan kollu joħloq ‘stress’ fuq il-cable li jista’ jkollu impatt fuq l-insulazzjoni tagħhom u jwassal fi ħarsat. Forsi Joe Mizzi u Charles Buhagiar huma kontra li jsiru toroq ġodda f’pajjiżna?

Il-Ministru qal ukoll li dawn il-ħsarat seħħew l-aktar f’ġimgħa fejn id-domanda laħqet livelli rekord u għalhekk dan wassal ukoll biex saħnu aktar il-cables. Dan m’għandu x’jaqsam xejn ma’ kemm il-power stations tagħna jifilħu jipproduċu enerġija – dawn filfatt jistgħu jiġġeneraw sa 571 MW, u l-ogħla livell milħuq dis-sena kien 425 MW.

Kontra l-impressjoni li ppruvaw jagħtu l-Kelliema Laburisti, mhux vera li l-Gvern qed jinvesti biss fil-proġetti kbar bħall-power station u l-interconnector iżda għaddej invstiment b’saħtu fiċ-ċentri ta’ distribuzzjoni – se jinbnew ċentri ġodda fil-Magħtab, Marsa, Pembroke, Manoel Island, u x-Xewkija filwaqt li qed jiġi msaħħaħ dak tal-Kappara.

Ta’ min jgħid ukoll li ssaħħet sostanzjalment l-effiċjenza tal-Korporazzjoni f’dawk li huwa ħin medju biex tipprovdi lura l-provvista wara fault fis-sistema tad-distribuzzjoni. Sal-2007, il-ħin medju kien ta’ aktar minn sagħtejn. Dan issa tniżżel għal madwar 80 minuta. Dan huwa grazzi wkoll għall-investiment f’sistema ċentralizzata, l-ISCADA, li tgħin biex tidentifika il-fault u għalhekk tiżgura li x-xogħol ta’ tiswija jibda minnufih. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow