JIBDA’ L-ISTAĠUN TAL-QTUGĦ TAL-GĦENEB GĦALL-GĦASIR
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar il-wine estate tal-Marsovin fil-Wardija fejn f’dawn il-ġranet beda jsir il-qtugħ tal-għeneb.
Il-Ministru Pullicino faħħar lid-diriġenti tal-Marsovin li wasslu biex stabbillixxew ruħhom ukoll fis-swieq internazzjonali ta’ New Zealand u n-Nederlands. Il-Marsovin qed taħdem ukoll biex tespandi fl-Amerika u l-Canada sa l-aħħar tal-2012. l-esportazzjoni tal-inbid lokali ma hix biss espressjoni ta’ fiduċja fil-prodott lokali iżda wkoll twassal biex il-kumpaniji jkomplu jikbru u jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ xogħol.
Matul l-aħħar għaxar snin, kien hemm żieda kostanti fil-produzzjoni ta’ Inbejjed ta’ Kwalità. Il-preżenza tal-“Estate Wines” li dejjem qed tiżdied fuq is-suq Malti hija prova ċara ta’ determinazzjoni tal-għassara Maltin u Għawdxin biex joffru prodott ta’ kwalità dejjem għola lill-konsumaturi tagħhom. F’dan il-kuntest il-Ministru Pullicino fakkar li l-Gvern f’April li għaddha ppubblika Green paper bil-għan li tkompli ssaħħaħ l-inbejjed ta’ kwalit. Il-proċess ta’ konsultazzjoni kien wieħed tajjeb fejn il-Ministeru rċieva numru ta’ kummenti u proposti kemm minn għassara kif ukoll minn ħafna bdiewa. Dawn il-kummenti qegħdin iservu għal-iżjed taħdidiet biex jitwettqu t-tibdiliet fil-liġi b’konsultazzjoni sħiħa.
Il-Ministru Pullicino qal ukoll li fl-2011 pajjiżna ipproduċa ‘l fuq minn 15,000 ettolitru ta’ inbid li jfissru madwar 2 miljuni ta’ fliexken tal-inbid. 90% tal-inbid huwa nbid DOK, jiġifieri Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata u l-kumplamnet huma nbejjed li għandhom denominazzjoni IĠT, jiġifieri Indikazzjoni Ġeografika Tipika. Huma 80 l-inbejjed DOK li nsibu madwar il-pajjiż. Huwa fakkar ukoll li biex ikun hemm garanzija ta’ kwalita’ bdiet sistema ta’ banderols mal-fliexken biex isservi ta’ garanzija li l-inbid li l-konsumatur qed jixtri huwa nbid ta’ kwalita’. Il-Ministeru qed jiffinanzja ukoll proġett ta’ tilqim tad-dwieli biex l-inbid li niproduċu jkun konformi mad-domanda tas-suq.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017