STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista aktar kmieni llum, l-Oppożizzjoni għat-tielet darba fi tlett ijiem reġgħet ikkonfermat li mhix qed tifhem il-proċess ta ingaġġ ta professjonisti. Dan għamiltu fi stqarrija ta’ tlett paġni li fihom ma hemmx ħjiel ta’ politika.
Għal benefiċċju tal-Oppożizzjoni il-Ministeru jispjega dan li ġej:
• Is-sistema ta ingaġġ użata preċedentement kienet tfisser li ladarba joħorġu r-riżultati il-professjonist kien jiġi impjegat bħala casual sakem issir l-interview. Wara li jsiru l-intervisti ta kulħadd u jiġu evalwati, tinħareġ il-lista skont il-pożizzjoni miksuba waqt l-interview. Minn hemm imbgħad kien jinbda il-proċess biex persuna tiġi impjegata mall-Gvern. Dan kollu kien jieħu madwar 12-il xahar, prinċipalment minħabba n-numru dejjem jikber ta professjonisti li jfisser ġin itwal ta interviews.
• Is-sistema użata illum fissret li sar użu aktar effiċjenti mill-perijodu li matulu l-istudenti ikunu qed jistennew għar-riżultat. F’dan il-perijodu saru l-interviews.
• Il-proċess tal-interview ovvjament huwa differenti minn dak ta eżamijiet edukattivi. Filwaqt li l-eżamijiet edukattivi jiċċertifikaw l-għarfien u ħiliet relatati mal-professjoni, l-interview għandu l-iskop li issir evalwazzjoni tal-persuna fuq livelli differenti, bħall kwalitajiet personali u l-esperjenza personali miksuba mill-persuna.
• Ovvjament, irrilevanti mill-pożizzjoni miksuba wara l-interview, jekk persuna ma jiksibx il-kwalifiki neċessarji, ma jiġix ikkunsidrat għall-dak l-impjieg.
• Wara li persuna tgħaddi mill-eżami, trid tirreġistra mal-kunsill rispettiv, biex b’hekk ikun għalaq il-proċess li jwassal biex jitqies bħala professjonist. Ovvjament min ma jiksibx il-kwalifiki ma jistax jagħmel dan.
Dawn il-fatti iwaqqgħu għal-kollox l-argument tal-Oppożizzjoni.
L-Oppożizzjoni qed twaqqa l-argument tagħha stess meta, anke fl-istqarrija tal-llum, qed tgħid li qabel kien ikun hemm dewmien, iżda fl-istess waqt qed tmaqdar it-tibdil fil-proċess sabiex dan id-dewmien jitnaqqas.
Minkejja li saru appelli differenti lill-Oppożizzjoni biex tagħti s-serjeta mistħoqqa lis-settur tas-saħħa, jidher li dan mhux se jkun il-każ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017