Left arrow Go Back

APPROVAT IL-PERMESS MILL-MEPA GĦAL PROĠETT TA’ TISBIĦ TA’ ĠNIEN KARIN GRECH U BINI TA’ ĊENTRU ĊIVIKU F’SAN ĠWANN

pr1675
Date Icon 27/07/2012

Illum l-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar approvat il-ħruġ ta’ permess fuq talba tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali biex jingħata bidu għal proġett ta’ tisbiħ li għandu jagħti aktar spazzju miftuħ għar-rikreazjoni tal-familji fil-qalba tal-komunita’ ta’ San Gwann.

Dan il-ġnien se jinkludi area ta’ landscaping, funtana u play area għat-tfal. Il-Monument f’ġieħ Karin Grech li jinsab f’dan il-ġnien ġie inkorporat fid-disinn il-ġdid u se jingħata spazju aktar prominenti fil-ġnien. Il-proġett ta’ tisbiħ se jkun qed joffri spazju akbar u ta’ kwalità ferm aħjar għar-rikreazzjoni minn dak li jeżisti llum. Il-Klabb tal-Boċċi li jinsab f’dan is-sit illum se jingħata post ġdid f’San Ġwann. It-Trasferiment tal-Klabb tal-Boċċi se jwassal biex il-ġnien u l-play area jikbru b’madwar 900 metru kwadru.

Dan il-proġett jinvolvi wkoll bini ta’ Ċentru Ċiviku minn fejn ir-residenti jkunu moqdija aħjar. Dan iċ-ċentru fost numru ta’ affarijiet oħra ser ikun qed joffri spazji għall-uffiċini tal-Kunsill Lokali, u sala għall-bżonnijiet tal-komunità, biex b’hekk ir-residenti jkunu moqdijin aħjar.

Kull min jixtieq jara walkthrough tal-proġett jista’ jagħmel dan mis-sit elettroniku: http://www.mrra.gov.mt/page.aspx?id=113.

Dan il-proġett jorbot mal-viżjoni tal-Gvern li jkompli jsebbaħ spazji urbani. Dan sar fl-aħħar snin bi proġetti bħalma huma: Pjazza Sant’Ubaldeska f’Raħal Ġdid, Pjazza Mons Isdor Formosa f’Gwardamanġa, u Ġnien Santa Marija tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq u ċ-ċentru ċiviku u ġnien fis-Swieqi fost oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow