Left arrow Mur Lura

DISKORS TA’ L-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI HEKK KIF TĦABBAR LI MITA DATA CENTRE ĠIE ĊĊERTIFIKAT BĦALA TIER 3, SANTA VENERA - IL-ĠIMGĦA, 27 TA’ LULJU 2012

pr1674
Date Icon 27/07/2012

Nibda billi nesprimi l-apprezament tiegħi lit-tim kollu tal-MITA għal din il-kisba.  Permezz ta’ dan is-suċċess, il-MITA-01 sar wieħed minn 32 data centre madwar id-dinja kollha li rnexxiehlu jilħaq dan il-kalibru – dan ifisser li huwa l-ewwel data centre fir-reġjun li ġie kklasifikat bħala Tier III Facility.

Dan huwa suċċess ieħor għall-pajjiżna.  Il-mappa li turi d-data centres ta’ kwalita madwar id-dinja, llum żdiditilha referenza oħra – lil Malta.  Dan juri biċ-ċar l-investiment għaqli li l-Gvern tiegħi nieda f’dan il-qasam u fit-twettiq tal-viżjoni li ngħamlu lil Malta reġjun ta’ eċċellenza fl-ICT.

Dan id-data centre tal-MITA huwa mfassal biex jilqa’ l-ħtiġijiet tal-Gvern għas-snin li ġejjin. Huwa imfassal fuq mudell fejn il-MITA tiffunzjona bħala Aġenzija li fuqha l-Gvern jista’ jsaħħaħ u jgħati spinta lit-teknoloġiji ġodda. 

Is-suċċess ta’ dan iċ-ċentru sservi bħala punt ta’ referenza għall-kapaċitajiet u l-ħiliet tal-industrija tal-ICT f’Malta.  Dan huwa xhieda ta’ kif l-industrija tal-ICT f’pajjiżna, kollha kemm hi – mhux biss il-MITA – mmaturat tant li qed tattira investiment ġdid u tipenetra kull qasam tas-soċjeta.

Dan huwa frott ta’ triq twila minn meta l-Gvern għaraf l-importanta tal-ICT u alloka responsabilita’ Ministerjali speċifikant fuq l-ICT - dan serva bħala stimulu biex l-ICT jieħu spinta ‘l quddiem bi strateġija u ħsieb direzzjonati sabiex jissarfu f’benefiċċju għas-soċjeta u l-ekonomija, fl-aspetti kollha tagħhom.

Minn dak iż-żmien għaddew numru ta’ snin u permezz ta’ programmi u inizjattivi varji mill-Gvern, li kollha ħallew il-frott tagħhom, llum għandna figuri li jagħmluna kburin:  Insemmi, fost l-oħrajn li skont stħarriġ tal-NSO, fl-2011, hemm kompjuter f’77% tad-djar– qabża ta’ 15% mis-sena ta’ qabel.  Naraw ukoll li 75% tad-djar Maltin għandhom internet (5% aktar mis-sena ta’ qabel) u kollha għandhom broadband connection (99.5%).  Jekk inħarsu lejn il-penetrazzjoni tal-mobile phones, illum insibu li din laħqet il-124% tal-populazzjoni!  Ninsab persważ li dawn il-figuri se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin.

Mhuwiex kumbinazzjoni li aktar ma jmur, aktar kumpaniji internazzjonali qed jinvestu f’Malta.  Mhuwiex kumbinazzjoni li SmartCity għażlu lil pajjiżna għall-akbar investiment barrani li qatt rat Malta – l-investituri baranin jafu li dan il-Gvern huwa wieħed sod fil-prinċipji, huwa wieħed li jaf x’irid u li l-policies tiegħu jikkomunikhom b’mod ċar.

Dan kollu qed jitrasforma l-ekonomija tagħna f’waħda ibbażata fuq l-għarfien – dik li bl-Ingliż insejħulha bħala knowledge economy – u dan huwa neċċessarju sabiex inżommu lil pajjiżna kompetittiv u minn ta’ quddiem.

Permezz tal-investiment, l-inizjattivi u l-programmi, u permezz tat-taħriġ li pprovda dan il-Gvern, qed inżiedu l-impġjieg f’dan is-settur.  Impjieg li jrendi u jwassal għall-kwalita’ ta’ ħajja aħjar.  Illum insibu studenti li qed jistudjaw firxa kbira ta’ speċjalizzazjonijiet varji.

Dan kollu huwa frott tal-ambizzjoni tal-Gvern – Gvern li kien għaqli u kapaċi jgħaraf x’kien importanti għal pajjiżna.  Li kieku lura għall-2001 ma nedejnix l-ewwel strateġija tal-ICT, kieku llum is-sitwazzjoni hija ferm differenti.  Kieku llum, probabli, mhux qiegħdin hawn inħabbru din il-kisba.  Pero konna kapaċi ngħarfu dan il-bżonn u llum ninsabu nifirħu mal-MITA għall-dan is-suċċess; bħal kif fl-2010 u l-2011 fraħna meta pajjiżna ġie l-ewwel minn fost il-membri stati membri fl-Unjoni Ewropea f’dak li hu eGovernemnt; jew bħal meta ftit tax-xhur ilu fraħna li dan l-istess ċentru rebaħ id-DCS award għal-aqwa proġett tas-sena.

Grazzi ħafna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow