Left arrow Go Back

B’ATTENZJONI, IL-HEPATITE TISTA' TIĠI EVITATA

pr1672
Date Icon 27/07/2012

L-attenzjoni tad-dinja medika se ddur il-marda tal-Heptatite hekk kif għada jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji dedikat għal aktar għarfien dwar din il-marda.   Għal dan il-għan id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard organizza jum ta informazzjoni fi Triq Bisazza f’Tas-Sliema, li matulha id-diversi Maltin u turisti preżenti ingħataw informazzjoni permezz tad-diversi professjonisti li kienu fil-post.

Waqt żjara f’din l-attivita il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li l-Hepatite hi iktar komuni milli naħsbu u n-nies infettati biha huma fil-fatt madwarna. Bosta mill-każijiet ta hepatite speċjalment dawk B u Ċ jistgħu jkunu bla sintomi u għalhekk jista jkun li persuna ma tkunx taf li għandu l-marda imma xorta jkunu jistghu jferxxuha lill ħaddiehor. .

Dr Cassar qal li pajjiżna ingħaqad mall-kumplament tad-dinja biex biex titqajjem kuxjenza dwar dawn l-infezzjonijiet bl-iskop li l-pubbliku ikun mgħarraf dwar l-infezzjonijiet varji tal-Hepatite, kif jiġu trasmessi, u kif ukoll dwar min hu f’riskju u fuq kollox kif tista ssir prevenzjoni.   Il-Ministru qal li n-numru ta persuni madwar id-dinja li għandhom il-Hepatite huwa wieħed inkwetanti.  Fil-fatt l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tistma li hawn 1.4 miljun persuna li għandhom il-Hepatite A, 2 biljun persuna li għandhom il-Hepatite B u mill anqas 130 miljun persuna li huma infettati kronikament mill Hepatite Ċ.

F’Malta, figuri miġbura mit-tobba tal-familja, mill-GU Clinic u Assoċjazzjonijiet li jaħdmu ma persuni li għandhom il-vizzju tad-droga, jindikaw li matul l-aħħar sena ġew rappurtati 39 każ ta Hepatite A, 30 każ tat-tip B u 28 każ tat-tip Ċ.

Il-Ministru appella lill pubbliku biex kulħadd jinforma ruħu aħjar dwar il-Hepatite u l-metodi sempliċi ta kif wieħed jista jevita Ii jieħu l-infezzjoni.  Huwa biss dmir tagħna li naraw li uliedna, hi x’inhi l’eta tagħhom, ikunu jafu x’għandhom jagħmlu biex jevitaw il-Hepatite.

Hu qal li hawn tilqima kontra l-Hepatitie A li tagħti protezzjoni għal-25 sena.  Pajjiżna joffri will it-tilqima kontra l-Hepatite B lit-tfal kollha permezz tal-iskema nazzjonali tat-tilqim.   Sa issa ma teżisti l-ebda tilqima kontra l-Hepatite Ċ.  

Dr Charmaine Gauci, Direttur tat-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard qalet li attivitajiet ta outreach f’postijiet pubbliċi bħal ma qed issir huma importanti għax ilaqqgħu professjonisti mħarrġa u nfurmati ma persuni li juru interess f’ambjent informali.  Hi qalet li b’naqra attenzjoni wieħed jista jevita problemi kkumpikati tas-saħħa.  Dr Gauci qalet li eżempju bażiku u dak tal-ħasil frekwenti tal-idejn u użu ta kliniċi liċenzjati meta jsir xi tattoo, body piercing u electrolysis.

Dr Gauci ħabbret li d-Direttorat se jkun jniedi kampanja informattiva f’diversi rħula u postijiet pubbliċu u mezzi tax-xandir.  Hi appellat biex min għandu dubju jew qiegħed jissuspetta li għandu l-Hepatite għandu jikkuntattja tabib malaj sabiex tiġi aċċerata il-kundizzjoni medika tal-persuna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow