Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1666
Date Icon 26/07/2012

Stqarrija bi twegiba ghall-Istqarrija ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni tal-Partit Laburista.

L-Oppożizzjoni tagħżel li tikkwota bl-addoċċ biex tqarraq u tagħti verżjoni mhux korretta tal-fatti. Fl-ispjegazzjoni mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi, dwar l-istatistika ppubblikata b’rabta mad-dejn, kien spjegat li l-ammont għall-ewwel kwart tas-sena tela għal 75% għal żewġ raġunijiet prinċipali:
•     il-garanziji mogħtiji fil-kuntest tal-Fond Ewropew ta’ Stabbilità Finanzjara li permezz tiegħu ġew bailed out numru ta’ pajjiżi Ewropej.
•     il-parti l-kbira tal-istocks li l-Gvern kien awtorizzat mill-Budget 2012 biex joħroġ din is-sena filfatt ħarġu fl-ewwel kwart tas-sena. Dan sar minħabba kundizzjonijiet favorevoli tas-suq, jiġifieri li l-pajjiż ikun qed jiffranka fir-rata tal-imgħax jissellef biha, iżda jfisser ukoll li l-Gvern se jkun qed jissellef anqas matul il-kumplament tas-sena. Fl-ewwel nofs ta' din is-sena, il-valur ta' stocks mahruga kien ta' 455 miljun ewro, jew ta' 65% tal-ammont totali, li ghal din is-sena ma jistax jeccedi s-700 miljun ewro. Dan barra stocks antiki li mhux se jigu mgedda din is-sena.
Rizultat ta' dan, huwa car li r-rata ta’ 75% dejn hija biss temporanja. Dan l-Onor Karmenu Vella jafu, izda jinjorah biex jipprova jaghti stampa zbaljata.
Il-kummenti tal-Oppozizzjoni turi li lanqas tifhem kif jahdem l-EFSF. Filwaqt li l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea jkun approva l-ammont massimu ta' ghajnuna finanzjarja ghall-bailout ta' pajjiz partikolari, il-hlasijiet mill-Fond isiru f'partijiet (imsejha tranches) differenti. Qabel tigi approvata kull tranche specifika, il-Kummissjoni Ewropea twettaq ezercizzju dettaljat biex tara li l-pajjizi li hadu l-bailout ikunu qeghdin filfatt jimplimentaw il-kundizzjonijiet marbuta mal-ghoti ta' dik l-istess ghajnuna. Ghaldaqstant, hekk kif jigi approvat tranche partikolari, pajjizna - flimkien mal-pajjizi l-ohra taz-zona ewro, jipprovdi l-garanzija ghal dik l-assistenza partikolari, u dan jaffettwa l-livell ta' dejn ta' pajjizna.
Filwaqt li l-Onor Karmenu Vella ma jitlifx opportunità biex jiskredita l-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna, din is-sena eżerċizzji mill-aktar rigorużi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali  taw ċertifikati pożittivi għat-tmexxija finanzjarja ta’ pajjiżna. L-Oppożizzjoni taf biżżejjed li kieku vera li l-Gvern qed ifalli mill-miri finanzjarji tiegħu, skont ir-regolamenti Ewropej li daħlu fis-seħħ wara l-bidu tal-kriżi finanzjarja internazzjonali, kieku l-Kummissjoni Ewropea kienet tieħu passi kontra l-Gvern. Mhux talli dan ma sarx, talli f’aktar minn okkażjoni waħda saħqet li l-Gvern qed isaħħaħ il-finanzi tiegħu b’mod sostenibbli.
Għalkemm il-Gvern jibqa' ffukat fuq il-hidma biex tissahhah il-qaghda finanzjarja ta' pajjizna, ghandu jkun innutat li l-pozizzjoni ta’ Malta hi aktar b’saħħitha mill-medja taż-żona ewro, fejn id-dejn jaqbeż it-88%.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow