Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1664
Date Icon 26/07/2012

L-Oppożizzjoni tikkonferma li ma fehmet xejn

Waqt konferenza tal-aħbarijiet imsejħa mill-Oppożizzjoni aktar kmieni llum, l-istess Oppożizzjoni kkonfermat li dak li qalet il-bieraħ fi stqarrija mimilja żbalji, fil-fatt intqal sforz in-nuqqas ta’ interess fil-qasam tas-saħħa.

Għaldaqstant, għal darboħra f’inqas minn 24 siegħa, il-Ministeru jispjega li l-proċess ta’ interview mal-Gvern ma għandux x’jaqsam mar-riżultati tal-eżamijiet.

Huwa r-riżultat li jagħti l-kwalifika lill-persuna u mhux l-interview.  L-Interview huwa proċess kompletament differenti u studjat apposta biex permezz tiegħu ssir evalwazzjoni tal-persuna fuq livelli differenti, bħall-esperjenza miksuba matul is-snin bħala student u kwalitajiet personali. 

Għaldaqstant dan huwa proċess għal kollox differenti minn xi tip ta’ eżami edukattiv.  Dan il-proċess isir qabel ma jiġu ppubblikati r-riżultati tal-eżamijiet sabiex jitħaffef il-proċess tal-ingaġġ.  Naturlament jekk persuna ma kkwalifikatx ma tkunx tista’ tiġi kkunsidrata għall-impjieg. 

L-Oppożizzjoni llum ippruvat saħansitra titbiegħed mill-istqarrija tagħha stess wara li għamlet akkużi serji fil-konfront tas-sistema, u allura ta’ min iħaddimha.

Għal darboħra l-Ministeru jikkundanna kull tip ta’ tgħajjir fil-konfont ta’ ħaddiema u professjonisti u jappella għal aktar maturità minn Oppożizzjoni li, filwaqt li tista’ tagħżel li ma titkellimx dwar politika u pjanijiet għall-qasam tas-saħħa, għandha d-dmir li tivverifika l-fatti qabel ma takkuża.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow