Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU ĠĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

pr1654
Date Icon 25/07/2012

Stqarrija tal-P.L. mimlija taħwid turi kemm l-Oppożizzjoni ma tiehux il-qasam tas-Saħħa bis-serjeta’

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista aktar kmieni llum. Irid jiġi ċċarat minnufiħ li min kiteb l-istqarrija, għal darb oħra, ma vverifikax il-fatti b’riżultat li ħareġ stqarrija mimlija ineżattezzi u li ma jirriflettux il-verita’. 

Bl-istess importanza, il-Ministeru jikkundanna wkoll it-tgħajjir malafamanti li l-Partit Laburista għamel fil-konfront tal-professjonisti fi ħdan il-Public Service Commission.

Fi stqarrija mħawda għall-aħħar, il-Partit Laburista jidher li ma fehem xejn dwar is-sistema adottata fejn jidħlu impjiegi mal-Gvern.  Sabiex professjonist ikun jista’ jaħdem fis-servizz pubbliku,  irid ikun reġistrat mal-Kunsill rispettiv, liema pass jista’ jsir biss wara li l-professjonist ikun fil-fatt ġab il-kwalifiki meħtieġa.

Il-proċedura tal-intervisti ssir qabel ma jiġi ppublikat ir-riżultat finali,  issir sabiex jiġi mħaffef il-proċess għall-kumdita’ ta’ min ikun qiegħed ifittex li jiġi mpjegat.  Anke hawnhekk l-Oppożizzjoni, forsi minħabba għaġġla żejda, ma rrealizzatx li dan huwa proċess kompletament differenti u studjat apposta biex issir evalwazzjoni tal-persuna fuq livelli differenti, bħal esperjenza miksuba matul is-snin bħala student u kwalitajiet personali.  Dan huwa proċess għal kollox differenti minn xi tip ta’ eżami edukattiv.

Li ma semmietx l-Oppożizzjoni hu li fil-jiem li ġejjin, se jiġu mpjegati aktar minn 200 infermier ġdid fis-servizz pubbliku.  Lanqas ma semmiet id-diversi possibiltajiet ta’ speċjalizzazzjoni li llum hemm għad-dispożizzjoni tal-professjonisti.  

Għal darb’oħra dan il-Ministeru jħoss il-bżonn li jappella għal aktar serjeta’ minn naħa tal-Oppożizzjoni fil-qasam tas-saħħa.  Sfortunatament l-Oppożizzjoni għażlet li tuża il-qasam tas-saħħa għall-iskopijiet partiġjani tagħha, u f’dan il-każ, b’detriment għal min għadu kemm temm snin ta’ studju. 

Hija ħasra li sadattant,  l-Oppożizzjoni injorat għal kollox id-dmir li għandha biex tipprovdi mqar ħjiel ta’  politika serja għal dan is-settur tant importanti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow