Left arrow Mur Lura

L-INTERCONNECTOR MA’ SQALLIJA HUWA INVESTIMENT FAVUR IL-ĦOLQIEN TAX-XOGĦOL, IT-TISĦIĦ TAS-SIGURTÀ TAL-ENERĠIJA U T-TITJIB TAL-AMBJENT TA’ PAJJIŻNA

pr1637
Date Icon 24/07/2012

L-interconnector bejn Malta u Sqallija huwa kruċjali biex l-ekonomija Maltija tkompli tikber u toħloq il-postijiet tax-xogħol. Huwa importanti wkoll għaliex se jsaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, inaqqas id-dipendenza ta’ pajjiżna minn fuq iż-żejt, u billi jnaqqas l-emissjonijiet, se jgħin biex ikompli jitjieb l-ambjent ta’ pajjiżna. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt li żar ix-xogħolijiet li għaddejjin fis-sit tat-terminal tal-interconnector, fil-Magħtab.

L-interconnecting cable se jkun qed jasal fuq l-art, f’Qalet Marku, u jkompli sat-Terminal tal-Magħtab, fejn numru ta’ transformers se jbaxxu l-vultaġġ għal 132 kv. Minn hemmhekk, permezz ta’ land cables jgħaddi minn tunnel li twassal għal Pembroke u eventwalment għad-Distribution Centre tal-Kappara.

Il-Ministru Fenech spjega li dan l-investiment ta’ 200 miljun ewro, ifisser li bl-enerġija ġenerata mill-power station ta’ Delimara, mit-turbina l-ġdida, u mill-interconnector se jkunu qed inżidu l-ġenerazzjoni elettrika minn 571MW għal 685MW. Dan huwa kruċjali biex nilqgħu għat-talba dejjem akbar ta’ enerġija mill-familji, is-sidien ta’ negozji u l-industrija ta’ pajjiżna u għandu rabta diretta mat-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna. Huwa sostna li s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija huwa element kruċjali li jħarsu lejh l-investituri qabel ma jagħżlu li jibdew jew jespandu negozju minn Malta.

Spjega wkoll li dan il-cable se jippermetti li pajjiżna jkollu sors ta’ elettriku stabbli minn impjanti akbar u aktar effiċjenti, u fakkar li f’każ ta’ xi inċident li jwassal għat-tripping tal-Power Station, l-interconnector jista’ jipprovdi enerġija sa 160 MW aktar addizzjonali fuq il-200 MW għal siegħa oħra.

“L-interconnector ifisser ukoll kisba important mill-aspett ambjentali, hekk kif se jippermettilna – flimkien mal-ftuħ tal-estensjoni ta’ Delimara – biex nagħlqu kompletament il-Power Station tal-Marsa – dan se jfisser inqas emissjonijiet jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ambjent ta’ pajjiżna li jissarraf f’benefiċċji għas-saħħa tal-familji tagħna.”

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Project Manager responsabbli minn dan il-proġett, il-Perit Attard Montalto spjega f’hiex waslu x-xogħolijiet, u l-passi li jmiss, li eventwalment għandhom iwasslu biex il-proġett ikun kompletat sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow