Left arrow Mur Lura

L-INVESTIMENT U N-NEGOZJU FUQ NETT TAL-AĠENDA TAL-AMBAXXATA MALTIJA FIL-ĠERMANJA

pr1633
Date Icon 24/07/2012

Bejn Jannar u Ġunju l-Ambaxxata Maltija fil-Ġermanja ħadet sehem f’diversi attivitajiet sabiex tippromovi l-investiment u  n-negozju bejn Malta u l-Ġermanja. F’Jannar, Malta pparteċipat għat-tielet darba fil-Ġimgħa Internazzjonali tal-Ambjent f’Berlin fejn l-Ambaxxata ta’ Malta assistit fil-koordinazzjoni tal-padiljun Malti. 

F’Marzu, l-Ambaxxatur Xuereb żar il-Kwartieri Ġenerali tal-Lufthansa Technik f’Hamburg fejn iltaqa’ mas-Sur Frank Mertens, Head Strategy and Product Management Aircraft Base Maintenance and Overhaul.

Fi Munich, l-ambaxxatur ħa sehem f’diskussjoni organizzata mill-Malta Enterprise li ġġib l-isem “Malta: Small country - Great Opportunities”.

Il-Junior Chamber International, JCI Malta, organizzazzjoni globali li tinkoraġġixxi ċittadini żgħażagħ jagħmlu bidla pożittiva, laqgħet l-istedina li Malta għamlet fi Braunschweig sabiex il-Konferenza Annwali Ewropea 2014 ssir f’Malta. L-Ambaxxatur għamel preżentazzjoni ta’ appoġġ għal din l-offerta. 

F’Lulju l-Ambaxxatur Xuereb mexxa d-delegazzjoni Maltija u għamel il-messaġġ tal-ftuħ fil-Malta Business Forum and Matchmaking Event f’Cologne u aktar tard fi Munich sabiex jippromovi lil Malta bħala destinazzjoni għall-kummerċ u l-investiment. Dan ġie organizzat mill-Malta Enterprise b’kollaborazzjoni mal-Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin.

Fit-turiżmu, l-Ambaxxatur Xuereb laqqa’ riċeviment għal ’il fuq minn mitt mistieden mill-industrija tal-ospitalità fl-okkażjoni tal-fiera tat-turiżmu 2012 ITB.

F’Mejju 2012 l-Ambaxxatur għamel żjara uffiċjali fil-Kwartieri Ġenerali tal-FTI fi Munich.

L-Ambaxxata pparteċipat għat-tnax-il darba f’attività popolari, All Nations Festival, fejn il-pubbliku f’Berlin kellu l-opportunità li jesplora diversi ambaxxaturi u istituzzjonijiet kulturali. Matul dan l-avveniment madwar 1500 persuna żaret l-Ambaxxata.

Fil-qasam tal-kultura, Mata ngħatat prominenza fl-uffiċċju rappreżentattiv tal-Kummissjoni Ewropea f’Berlin f’Marzu fejn l-awtriċi Maltija Clare Azzopardi kienet l-awtriċi mistiedna fis-serje Europe Literary. 

Matul il-ġimgħa Ewropea f’Mejju, l-Ambaxxatur żar Einstein-Gymnasium Neuenhagen, skola tal-grammatika f’Berlin li tagħti informazzjoni lill-istudenti dwar Malta. Awtriċi Maltija oħra, il-poeta Claudia Gauci, ipparteċipat f’renshi.eu – djalogu Ewropew f’versi – proġett f’festival internazzjonali tal-poeżija f’Berlin f’Ġunju. 

Fl-aħħar ta’ Ġunju, l-Ambaxxatur Xuereb żar il-belt ta’ Bremen fejn kellu diversi taħdidiet mal-gvern tar-reġjun u aktar tard indirizza l-udjenza matul il-ftuħ taċ-Ċentru ta’ Malta li jippromovi l-lingwa u l-kultura fl-Università ta’ Bremen. 

Matul dan il-perjodu, numru ta’ organizzazzjonijiet żaru l-Ambaxxata, inkluż grupp ta’ għalliema tal-Inġliż minn madwar il-Ġermanja organizzata mill-German North American Society (DENAG) kif ukoll grupp ta’ ċittadini minn Berlin, immexxija minn Stadtleben e.V., assoċjazzjoni volontarja, li regolarment torganizza tours. Grupp ieħor magħmul minn żgħażagħ Ġermaniżi li qegħdin ifittxu impjieġ flimkien mat-tutur tagħhom, imsieħba fil-EU-WALZ exchange project, żaru l-Ambaxxata bħala preparazzjoni għall-apprentistat f’Malta. Kull viżitatur irċieva informazzjoni dwar Malta u għarfien dwar ix-xogħol ta’ Ambaxxata. 

 L-Ambaxxatur Xuereb għamel preżentazzjoni bl-isem ta’ ‘Malta in the EU and the Arab Spring’ fil-laqgħa konġunta organizzata dwar is-suġġett, ‘Germany, the EU and the Arab Spring’ f’Bonn mill-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi f’Malta (MEDAC) u ċ-Ċentru għall-istudji tal-integrazzjoni f’Bonn (ZEI). 

Rigward il-promozzjoni tal-mezzi tax-xandir, Malta ngħatat prominenza f’intervista mal-Ambaxxatur fil-Ħarġa ta’ Ġunju tal-“Diplomatisches Magazin”, rivista popolari mal-membri politiċi, membri parlamentali, diplomatiċi u membri tal-pubbliku f’Berlin. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow