KUNĊERT FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL MILL-WOLVERHAMPTON YOUTH WIND ORCHESTRA
Ir-Residenza San Vinċenz de Paul minbarra li hija attrezzata biex tagħti s-servizzi tagħha lil madwar 1200 anzjan tara li r-residenti jingħataw kura ħolistika u għalhekk tindirizza l-aspett soċjali, psikoloġiku u reliġjuż tar-residenti. Filfatt ir-Residenza matul is-sena torganizza għadd kbir ta’ attivitajiet biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Dawn l-attivitajiet jiġu organizzati mit-Taqsima tal-Entertainment tar-Residenza.
Il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2012 sar kunċert taħt il-patroċinju tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Mario Galea, minn Wolverhampton Youth Wind Orchestra, u ttella’ mill-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II fil-pjazza ta’ quddiem il-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Residenza. Matul il-ġurnata l-kallotta oriġinali ta’ Ġwanni Pawlu II iddawret mas-swali kollha.
Il-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II hija għaqda mhux governattiva bil-għan li tiċċelebra l-memorja ta’ dan il-Papa maħbub, liema Papa fir-Residenza għandna Blokk 5 imsemmi għalih.
Dan il-kunċert huwa parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Ewropea 2012 iddedikata lill-Anzjanità Attiva u Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017