AWGURI TAL-MINISTRU CRISTINA LILL-ATLETI MALTIN TAL-OLIMPJADI
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina tixtieq tawgura lill-atleti Maltin li se jipparteċipaw fil-Logħob Olimpiku ta’ Londra, li jkollhom prestazzjoni tajba li tagħmel unur lilhom u lil pajjiżna.
Li atleti jingħażlu biex jipparteċipaw f’logħob hekk prestiġjuż fuq livell internazzjonali, diġà hu ta’ suċċess għalihom. Filwaqt li wieħed japprezza li din hi kompetizzjoni fuq livell internazzjonali li fiha jipparteċipaw l-aqwa atleti tad-dinja f’diversi dixxiplini, l-atleti Maltin ħadu l-preparazzjoni tagħhom bl-akbar serjetà u żgur li se jagħmlu l-almu kollu biex jagħtu l-aħjar tagħhom.
Ikunu xi jkunu r-riżultati miksuba, l-atleti Maltin jistgħu jkunu ċerti li għandhom warajhom il-pubbliku sportiv Malti li jixtiqilhom li jagħmlu esperjenza pożittiva minn din l-avventura sportiva.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017