Left arrow Mur Lura

L-ATLETI NAZZJONALI MALTIN BL-AĦĦAR PREPARAMENTI QABEL L-OLIMPJADI TA’ LONDRA 2012

pr1623
Date Icon 23/07/2012

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, jżur lill-atleti Maltin waqt it-taħriġ tagħhom

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu ltaqa’ mal-atleta Nazzjonali tal-isparar William Checuti waqt sezzjoni ta’ taħriġ qabel ma’ jibda l-logħob Olimpiku f’Londra. Din hija waħda minn sensiela ta’ żjarat li s-Segretarju Parlamentari għamel lill-ħames atleti Nazzjonali waqt l-aħħar sessjonijiet ta’ taħriġ qabel l-Olimpjadi. Fil-fatt il-ġimgħa li għaddiet l-Onor Puli ltaqa’ wkoll mal-atleti Nazzjonali tal-atletika Rachid Chouhal u Diane Borg u mal-atleti Nazzjonali tal-għawm Nikki Muscat u Andrew Chetcuti.

F’dawn l-erba’ snin il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex ikompli jiżviluppa l-ħiliet u jagħti appoġġ lill-atleti Nazzjonali u elite, li jipprattikaw l-isport bħala dixxiplina vera u propja.

Fil-fatt, f’dawn l-aħħar snin mhux biss ingħatat l-assistenza lill-Kumitat Olimpiku Malti, iżda tnediet il-Youth Development Scheme fejn il-Gvern qiegħed jinvesti f’atleti żgħażagħ. Tnediet wkoll l-iSports Competition Leave għal atleti u l-uffiċjali tas-Settur Pubbliku li permezz tagħha qed jingħata madwar 1,000 ġurnata leave bi ħlas fis-sena biex atleti jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet internazzjoni.

F’dawn l-erba’ snin tnediet ukoll it-20/20 Sports Training Scheme għall-ħaddiema tas-settur pubbliku, u t-20/20 Sports Training Scheme għall-ħaddiema fis-settur privat, li permezz tagħha atleti Nazzjonali u ta’ klassi jistgħu jaħdmu 20 siegħa fil-ġimgħa filwaqt li jingħataw 20 siegħa leave bi ħlas biex jitħarrġu fid-dixxiplina sportiva tagħhom.

Is-sena li għaddiet twaqqfet Unit Sportiva fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn l-atleti Nazzjonali jiġu rreklutati fl-Armata u jitħarrġu fid-dixxiplina sportiva tagħhom sa 40 siegħa fil-ġimgħa u fl-istess waqt jingħataw karriera fl-armata.  William Chetcuti huwa fost l-ewwel atleti li ġew impjegati ma’ din il-Unit.

Aktar tard din is-sena se tiftaħ l-ewwel Skola Nazzjonali tal-Isport u ftit tal-ġimgħat oħra se jingħataw l-ewwel boroż ta’ studju f’dan il-qasam għal min irid ikompli jispeċjalizza fl-isport.

Dan kollu jingħaqad mal-investiment kontinwu li l-Gvern qed jagħmel fl-isport fejn apparti l-investiment kontinwu fil-faċilitajiet sportivi, l-għaqdiet sportivi qed igawdu minn 26 skema differenti u minn somma rekord ta’ €8 miljun ewro f’assistenza.

Dan kollu juri li l-Gvern qed jimxi pass pass mal-Atleti mill-ewwel stadji tal-identifikazzjoni sal-iżvilupp tagħhom sal-mumenti meta jibdew jikkompetu f’livell internazzjonali u jagħmluna kburin.

Is-Segretarju Parlamentari awgura kull suċċess lill-ħames atleti Maltin u reġa ġedded il-wegħda ta’ għajnuna kontinwa mill-Gvern biex ikompli jiżviluppa l-isport f’pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow