KORSIJIET FIL-KAMPUS TAL-UNIVERSITÁ F’GĦAWDEX GĦAS-SENA AKKADEMIKA 2012-2013 – GĦALL-EWWEL DARBA JIBDA DAK TA’ DIPLOMA MARBUT MA’ STUDJI DWAR GĦAWDEX
Il-Kampus tal-Università f’Għawdex ser ikun qed joffri għadd ta’ korsijiet għas-sena akkademika 2012-2013 li permezz tagħhom studenti adulti, ħaddiema u persuni oħra ikomplu jingħataw l-opportunità li jiksbu kwalifiki meħtieġa biex itejbu l-kompetenzi tagħhom. Minbarra li jsaħħaħ is-servizzi edukattivi f’Għawdex dan ikompli jtejjeb l-abiltajiet ta’ dawn in-nies biex b’hekk ikunu jistgħu jkabbru l-potenzjal tagħhom fid-dinja tax-xogħol.
Il-korsijiet li ser jibdew f’Ottubru li ġej jinkludu:
Diploma in Gozo Studies
Diploma in Commerce
Bachelor of Commerce
Bachelor of Commerce (Honours)
Master of Arts in islands and Small States Studies
Aktar informazzjoni dwar il-korsijiet tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.um.edu.mt/courses/
L-applikazjonijiet għal dawn il-korsijiet jagħlqu nhar it-Tlieta 24 ta’ Lulju 2012 u jistgħu jsiru kemm permezz tas-sit elettroniku tal-Università ta’ Malta jew inkella fl-Uffiċċju tal-Amministratur fil-Kampus tal-Università f’Għawdex.
Wieħed minn dawn il-korsijiet, id-Diploma in Gozo Studies, ser ikun qed jiġi offrut għall-ewwel darba din is-sena u huwa mfassal fuq erbà semestri. Il-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jissussidja l-ispejjeż relatati ma’ dan il-kors permezz ta’ għajnuna li tlaħħaq €400 għal kull parteċipant li tfisser €100 għal kull semestru.
Matul din is-sena ser jintemm ukoll kors li jwassal għal Baċċelerat fil-Kummerċ li kien parzjalment finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Permezz ta’ din l-għajnuna finanzjarja madwar 25 parteċipant bdew l-istudji tagħhom li wassluhom biex kisbu diploma u issa ser iwasslu biex jiksbu Baċellerat bl-istudji relatati mat-turiżmu, l-informatika, u l-qasam finanzjarju. Għal ħafna mill-parteċipanti, li diġà għandhom impjieg f’Għawdex, kien ikun diffiċli li jsegwu korsijiet simili f’Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017