Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1612
Date Icon 20/07/2012

L-Oppożizzjoni Laburista tkompli tiżbalja u tallarma b’mod mill-aktar irresponsabbli

L-Oppożizzjoni Laburista qed timxi b’mod mill-aktar irresponsabbli meta tipprova tallarma lin-nies għal xejn b’xejn.

B’referenza għall-istqarrijja maħruġa llum mill-kelliema tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa rigward l-iswabs meħtieġa għall-operazzjonijiet, il-Ministeru tas-Saħħa  jserraħ ras il-poplu Malti li hemm l-iswabs meħtieġa u ma tħassru l-ebda operazzjonjiet.  

Wara li l-kuntrattur preżenti ittermina l-kuntratt fl-aħħar ġimgħa li kellu jissupplixxi lill-Isptar Mater Dei, id-Dipartiment tas-Saħħa minnufih u b’mod urġenti ħa ħsieb sabiex jordna l-iswabs minn sors ieħor alternattiv, u dan sabiex ma jiġix interrott l-operat tal-Isptar. Din il-kunsinna fil-fatt waslet  u ġiet mqassma fis-swali tal-Isptar.

Id-Dipartiment tas-Saħħa jisħaq li dis-sitwazzjoni ma kinitx relatata ma’ xi aspetti finanzjarji u jiddikkjara wkoll li l-ebda operazzjoni ma tħassret.

Il-mod dilettantesk, u n-nuqqas ta’ informazzjoni li jkollu l-Partit Laburista jindika biċ-car li wara tant snin għadu mhux f’pożizzjoni li joffri alternattiva serja fil-qasam tas-saħħa, u l-għan ewlieni tal-Partit Laburista huwa li jikkritika bla rażan u joħloq allarm fost l-aktar nies vulnerabbli tas-soċjetà.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow