Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-ISPTAR MATER DEI

pr1599
Date Icon 19/07/2012

L-Isptar Mater Dei ġentilment jitlob lill-pubbliku sabiex jirrispetta l-appuntamenti li jingħataw mid-Dipartiment tal-Out-Patients.

Qed ikun innotat fuq medda ta’ xhur illi n-numru ta’ pazjenti li jonqsu li jattendu għal dawn l-appuntamenti, mingħajr ma jinfurmaw lill-klinika jew lill-Isptar, huwa wieħed kbir ħafna. Dan jikkawża dewmien żejjed u bla bżonn lill-pazjenti oħra li jista’ jkun ikollhom kundizzjonijiet serji.

Meta l-klinika konċernata ma tkunx infurmata li pazjent mhux se jattendi, pazjenti oħra ma jkunux jistgħu jingħataw appuntament aktar fil-qrib u wkoll, il-konsulenti ma jkunux jistgħu joffru s-servizzi tagħhom lil dawk kollha li setgħu tqegħdu fil-lista ta’ appuntamenti.

L-Isptar Mater Dei jixtieq li kulħadd jifhem il-konsegwenzi serji li n-nuqqas ta’ pazjenti li jinnotifikaw bil-quddiem li ma jkunux se jattendu għall-appuntament jikkawża, kemm lis-sistema u fuq kollox lill-pazjenti oħra li verament ikun jenħtiġilhom li jattendu l-kliniċi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow