Left arrow Mur Lura

262 TABIB ISEGWU PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ GĦAT-TOBBA F’MALTA MILL-2009 ‘L HAWN

pr1596
Date Icon 19/07/2012

Permezz ta’ ftehim li oriġinarjament ġie ffirmat fl-2009, il-Gvern solva l-problema li kien qiegħed jesperjenza s-settur tas-saħħa meta numru sostanzjali ta’ tobba Maltin kienu jitilqu minn pajjiżna biex ikomplu jistudjaw barra minn Malta.

Peress li l-programmi ta’ speċjaliżżazzjoni jirrikjedu numru ta’ snin ta’ studju, ħafna minn dawn it-tobba kienu jilħqu jibnu ħajja personali u professjonali barra minn pajjiżna u eventwalment jibqgħu jgħixu hemmhekk.

Dan kollu nbidel meta fl-2008 il-Gvern Malti sar l-ewwel Gvern li għamel ftehim mal-UK Foundation Programme, li huwa programm ta’ taħriġ ta’ sentejn għat-tobba gradwati qabel dawn jidħlu fi programm ta’ speċjaliżżazzjoni. Permezz ta’ dan il-ftehim inħoloq il-Foundation Programme Malta, li huwa mmexxi minn team ta’ speċjalisti Maltin, u li permezz tiegħu t-tobba ġodda Maltin setgħu jagħżlu li jibqgħu jistudjaw hawn Malta stess.

Il-UK Foundation Programm huwa programm ta’ suċċess li hu mfittex minn eluf ta’ tobba ġodda minn pajjiżi differenti.  Il-ftehim li sar fisser ukoll li Malta hi l-uniku pajjiż li għandha dan il-ftehim.  Il-programm huwa mqassam fuq sentejn u jipprovdi taħriġ prattiku lit-tobba ggwidati minn speċjalisti fid-diversi oqsma relatati. B’dan il-mod il-pazjent Malti ikun qiegħed igawdi minn servizzi ta’ tabib imħarreġ u ppreparat skont il-kundizzjoni tal-persuna.

Il-Programm huwa wieħed dettaljat ferm fejn it-tabib irid jilħaq numru ta’ standards riġidi li jridu jiġu miksuba matul is-sentejn tal-programm. Il-pazjent huwa ċ-ċentru tat-taħriġ, li fost l-oħrajn jinkorpora wkoll ħiliet fil-komunikazzjoni, ħidma ma’ professjonisti oħra u fuq kollox ħiliet kliniċi.

Ir-reputazzjoni tajba li kiseb il-Foundation Programme Malta, kif ukoll il-fatt li pajjiżna għandu sptar modern, irrifletta f’żieda fin-numru ta’ tobba ġodda li riedu jistudjaw f’pajjiżna.  Fil-fatt dan l-interess ma kienx limitat għal tobba Maltin biss. Illum, tobba minn diversi pajjiżi qed japplikaw biex isegwu dan il-programm u jibdew it-triq ta’ speċjaliżżazzjoni f’Malta.

Mill-2009 ‘l hawn, kienu 262 it-tobba li bdew dan it-taħriġ. Minn dawn, 207 kienu Maltin u Għawdxin filwaqt li l-55 l-oħra kienu barranin.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li dan il-programm għamel differenza kbira għall-pazjenti Maltin minħabba l-fatt li naqqas il-bżonn li l-isptar u s-servizzi tas-saħħa jużaw s-servizz ta’ tobba barranin. Il-programm qiegħed joffri l-opportunità biex tobba ġodda jingħataw l-aqwa taħriġ possibbli f’pajjiżna. 

Il-Ministru qal li t-team ta’ speċjalisti li jmexxu il-Foundation Programme Malta qed jagħmlu unur għal pajjiżna permezz tal-livell għoli ta’ taħriġ li qed iwasslu.  Dan ġie rikonoxxut ukoll mill-istess UK Foundation Programme li s-sena li għaddiet estendew il-kollaborazzjoni permezz ta’ dan il-programm sas-sena 2016.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow