Left arrow Mur Lura

IL-PROĠETTI TAT-TURIŻMU SOSTENIBBLI JSAĦĦU L-KOMPETTIVITÀ U JOĦOLQU L-IMPJIEGI

pr1590
Date Icon 18/07/2012

Il-Gvern jgħaraf lis-settur turistiku huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija ta’ pajjiżna u għalhekk qed jinvesti f’dan is-settur filwaqt li qed jattira fondi mill-Unjoni Ewropea li jtejbu l-prodott, jsaħħu l-kompettività u joħolqu l-impjiegi.

Permezz ta’ skema ta’ €10 miljun mill-UE immirata lejn investiment fi proġetti ta’ turiżmu sostenibbli se jkunu ġew iffinanzjati ‘l fuq minn 100 proġett b’investiment totali ta’ madwar €20 miljun u b’għajnuna finanzjarja mill-iskema ta’ madwar €9 miljun.  Dawn se jkunu ħolqu bejniethom madwar 500 post tax-xogħol ġdid. Fost il-proġetti minn din l-iskema hemm l-investiment minn Easy School of Language  ta’ madwar miljun ewro, b’50% minnhom jkunu iffinanzjati mill-iskema.

Il-Ministru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent, Mario de Marco żar l-Easy School of Language, u qal lin-nicca tat-tgħallim tal-Ingliż hija importanti għas-settur turistiku ta’ pajjiżna. Hu faħħar l-investiment li għamlet Easy School of Language u tenna li dawn it-tip ta’ proġetti jkattru s-sostenibbilità tas-settur turistiku u jwasslu għall-ħolqien tax-xogħol. Fil-fatt, l-investiment minn Easy School of Language mistenni joħloq 13-il-post tax-xogħol ġdid fuq bażi full-time.

Mill-iskema għall-proġetti ta’ turiżmu sostenibbli, Easy School of Language (li hija akkredita mill-FELTOM) ibbenfikat minn fondi allokati għat-tlett sejħiet. Taħt l-ewwel sejħa l-proġett iffoka fuq titjib tal-prodott eżistenti fl-iskola u f’investiment ta’ teknoloġiji innovativi għat-tgħallim. Dan jinkludi investiment f’interactive white boards u LCD TV screens kif ukoll f’MP3 players li jippermettu lill-istudenti jkomplu jsegwu l-istudji tagħhom wara l-lezzjonijiet formali.

Permezz tal-finanzjament fit-tieni sejħa, l-kumpannija investiet f’e-learning portal u kampanja ta’ marketing biex tippromowvi dan it-tip ta’ tgħallim kif ukoll biex tippromwovi d-diversi attivitajiet f’pajjiżna li minnhom jista’ jgawdi t-turist matul is-sena kollha. Dan l-investiment kien jindirizza wkoll l-isfidi marbuta mal-istaġġjonalità.

L-iskema tippromwovi innovazzjoni fis-settur u fil-fatt taħt it-tieni sejħa Easy School of Language ingħatat fondi biex tibda tiżviluppa l-interactive GPS city guides li hija magħmula minn gadget teknoloġiku li l-istudenti jieħdu mill-iskola u li permezz tiegħu jistgħu jagħmlu tour interattiv madwar il-Belt Valletta. Dan jinkludi madwar 30 sit storiku u turistiku u li jħeġġeġ ukoll lill-istudenti jżuru postijiet prominenti fil-Belt Valletta.

Wara l-investiment mill-ewwel żewġ sejħiet, b’mod partikolari is-suċċess tal-interactive city guides, l-iskola kompliet tinvesti fl-innovazzjoni. Taħt it-tielet sejħa twaqqfet kumpannija oħra biex twettaq il-proġett ‘City Explorer’ ħalli s-servizz ta’ interactive GPS li ġie żviluppat għall-istudenti, jinfirex fuq livell nazzjonali u jiġu nklużi wkoll ibliet oħra f’Malta. Dan joffri esperjenza aktar interattiva u informattiva li t-turist jista’ jkollu b’mod indipendenti.

L-investiment minn Easy School of Language huwa eżampju ċar tal-importanza tal-koperazzjoni bejn l-Gvern u s-settur privat għat-tisħiħ tal-prodott, l-innovazzjoni, l-kompettivita’ kif ukoll għall-ħolqien tax-xogħol f’pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow