Left arrow Mur Lura

52 PERSUNA B’DIŻABILITÀ B’TAĦRIĠ U XOGĦOL MAL KOOPERATTIVA ME2

pr1584
Date Icon 18/07/2012

Il Ministru Chris Said iżur il membri waqt il ħidma tagħhom

52 persuna b’diżabilita’, fosthom 22 mara, qed jirċievu taħriġ kif ukoll iwettqu ħidma mal-Kooperattiva Me2. Din il Kooperattiva, li twaqqfet fix-xhur li għaddew bħala riżultat dirett ta’ proġett imħaddem Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, qed tagħmel xogħol kemm għal kumpaniji privati kif ukoll għal Ministeri u aġenziji governattivi. Fil-ftit żmien li ilha mwaqqfa, il-ħaddiema tal-Me2 għamlu xogħol ta’ ppakkeġġjar, infilzar ta’ materjal stampat għall-posta, kif ukoll assistenza waqt summer school li qed issir f’Pembroke.

Id-dettalji ngħataw mill Ministru tal Ġustizzja, Djalogu u l Familja, l Onorevoli Chris Said waqt żjara lil uħud mill membri tal Kooperattiva waqt il ħidma tagħhom fl Imtarfa. Hu tenna l-impenn tal-Gvern li jsostni u jappoġġja kull inizjattiva li permezz tagħha jinħoloq ix-xogħol u jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ impjieg speċjament lil persuni b’diżabilità.  Hu qal li l-għan ewlieni tal-proġett Me2! huwa li jassisti persuni b’diżabilità biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u għalhekk biex itejbu l prospetti tagħhom ta’ xogħol. 

Il-Ministru Said ħeġġeġ aktar kumpaniji biex jagħmlu bħall-Marsovin u Offset Printers u jużaw is-servizzi tal-Kooperattiva Me2.  Il-Kooperattiva diġà wriet ruħha produttiva tant li fi spazju ta’ ftit xhur il-membri tagħha għamlu 90,000 biċċa xogħol differenti.  Bl-akkwist ta’ aktar xogħol minn kumpaniji lokali jew minn aġenziji governattivi, il-persuni b’diżabilità membri tal-koperattiva jakkwistaw aktar fiduċja fihom infushom u l-Kooperattiva tkompli tkun suċċess.

Il-Ministru Said fakkar ukoll li fix-xhur li ġejjin, il-Gvern mistenni jirrevedi l-liġi dwar il-koperattivi bil-għan li tirrifletti u twieġeb għar-realtajiet tal-lum. Għal min ikun għaqli u jirnexxielhom jagħrafhom, hawn bosta opportunitajiet li fihom koperattivi jistgħu jimirħu u jagħmlu suċċess. Dan għaliex il-koperattivi żewwġu flimkien l-għanijiet ekonomiċi ma' dawk soċjali. Hu stmat li fl-2009, kien hemm madwar 5,000 membru f'koperattivi li flimkien ikkontribwew mal-€71 miljun għall-ekonomija ta' Malta.

Stephen Vella, Project Leader tal Me2 spjega li l-persuni b’diżabilità li qed jaħdmu mal-kooperativa qed jiġu assistiti minn Support Workers tal-proġett Me2. Is Sur Vella spjega kif il-kooperattiva hi mmexxija minn Bord li ġie elett mill-membri tal-istess kooperativa, waqt li rringrazzja lill Aġenzija Sapport fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali li pprovdiet il bini fl Imtarfa sabiex ix-xogħol tal-kooperattiva jista’ jitwettaq. Fl-istess binja l-proġett Me2 qed juża parti mill-post sabiex isir taħriġ lil persuni b’diżabilità bħala parti mill-proġett.

L għan tal Koperattiva Me2 hu li tgħin biex ikun hemm aktar għarfien minn min iħaddem, kif ukoll iżżid l opportunitajiet ta’ xogħol għal persuni b’diżabilità. Il kunċett tal Kooperattiva jimxi fuq żewġ livelli: wieħed li jħarreġ lill benefiċjarji sabiex jifhmu l kunċett ta’ kooperattiva u jkun enfasizzat li huma kapaċi bil ħiliet li għandhom; it tieni hu l proċess li jiġu identifikati xogħlijiet li jikkumplimentaw il kapaċitajiet individwali ta’ persuni b’diżabilità. Għalhekk, numru ta’ Support Workers ingaġġati mal proġett Me2 jaħdmu flimkien sabiex jistabbilixxu kuntatt professjonali ma’ kumpaniji lokali li jistgħu joffru xogħol lill Kooperattiva. Il membri tal Koperattiva min naħa tagħhom jikkumplimentaw lil xulxin sabiex jilħqu l miri ta’ xogħol li jkollhom peress li kull membru għandu ħiliet differenti li jagħmilha possibbli li jkun hemm diversità fix xogħol li kapaċi jagħmlu bħala kooperattiva.

Il-Kooperattiva Me2 qed titmexxa minn persuni b’diżabilità għal benefiċċju ta’ persuni b’diżabilità. Din qed tipprovdi aktar indipendenza u ċans ta’ integrazzjoni soċjali lill-membri tagħha billi tipprovdilhom rwol attiv kemm fl-ekonomija kif ukoll fis-soċjetà. Fl-istess ħin qed turi lil kulħadd kif persuni b’diżabilità wkoll għandhom x’joffru kif ukoll taħdem fil-qrib ma’ diversi entitajiet u tħeġġiġhom joffru aktar opportunitajiet lil dawn il-persuni.

Kumpaniji li jixtiequ javviċinaw lill Koperattiva Me2 dwar opportunitajiet ta’ xogħol jistgħu jagħmlu dan permezz tat telefown 2788 5110 jew jirreferu lejn l uffiċini tal Kooperattiva fl Imtarfa. Aktar dettalji jinsabu wkoll fis siti elettroniċi www.sapport.gov.mt u http://me2coop.sharepoint.com.  

Il-KNPD u l-ETC kienu sħab tal-FSWS fil-proġett Me2.

Aġenzija Sapport tifforma parti mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (www.fsws.gov.mt) u tinkorpora wkoll lill Aġenzija Sedqa (www.sedqa.gov.mt) u lill Aġenzija Appoġġ (www.appogg.gov.mt)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow