Left arrow Go Back

KOMPLI BL-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ TIEGĦEK !

pr1574
Date Icon 16/07/2012

Il-Youth.inc. huwa programm immirat lejn iż-żgħażagħ li joffri opportunita’ sabiex ikomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom.

Dan il-programm huwa miftuħ għal żgħazagħ illi temmew l-edukazzjoni sekondarja u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom sabiex isibu mpjieg.

Dan il-programm joffri taħriġ bażiku liż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-21 sena f’ħiliet bażiċi, litteriżmu (Malti u Ingliż), IT u żvilupp personali. Il-programm joffri wkoll esperjenza ta’ xogħol lil dawn iż-żgħażagħ, fejn huma jibbenifikaw minn stipendju bħal studenti oħra. Kull parteċipant ikollu s-servizz ta’ Youth Support Worker li jgħin jew tgħin lill-parteċipanti matul iż-żmien tal-kors kollu jibni programm individwaliżżat ta’ tagħlim u taħriġ u b’hekk jindirizza l-ħtiġijiet u x-xewqat ta’ dawn iż-żgħażagħ.

Dan il-programm beda fl-2010 u l-ewwel grupp beda t-taħriġ u l-edukazzjoni tiegħu f’Jannar 2011. S’issa ibbenifikaw minn dan il-programm 110 żagħżugħ u żagħżugħa (58 ġuvni u 52 tfajla). Barra l-istipendji tal-parteċipanti l-gvern din is-sena qed jiddedika €200,000 għal dan il-programm.

Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) tixtieq tistieden lil dawk iż-żgħażagħ li spiċċaw l-iskola sekondarja u huma interessati jkomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom għal-laqgħa ta’ informazzjoni nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Lulju 2012, bejn id-9.00 a.m. u nofs in-nhar f’Dar San Ġużepp, Santa Venera. Matul din il-laqgħa ser tingħata informazzjoni  dwar il- programm Youth.inc.

Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ flimkien mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi huma l-imsieħba f’dan il-programm.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow