Left arrow Go Back

AKTAR MINN 15,000 DELEGAT F'MALTA GRAZZI GĦALL-FOND GĦALL-KONFERENZI - AKTAR OPPORTUNITAJIET TA' XOGĦOL F'DAN IS-SETTUR

pr1571
Date Icon 16/07/2012

Permezz tal-Fond għall-Konferenzi, imwaqqaf fl-2009, ġew attirati lejn pajjiżna 74 konferenza, li damu għaddejjin 280 ġurnata – u li fissret li ġew Malta 15,700 delegat f’pajjiżna. Dan ħalla aktar minn 11-il miljun ewro fl-ekonomija ta’ pajjiżna u fisser ukoll opportunitajiet ta’ xogħol għal mijiet ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-konferenzi u l-inċentivi.

Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u mill-Ministru għat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent Mario De Marco wara żjara fix-Xara Lodge, investiment ġdid mis-settur privat li proprju se jkun iffukat fuq il-konferenzi u attivitajiet relatati, u li qed iħaddem 50 persuna.

Il-Ministru Fenech tkellem dwar kif is-suċċess tal-ekonomija ta’ pajjiżna – u r-riżultati li qed niksbu f’termini ta’ jobs ġodda, huwa marbut mad-diversifikazzjoni ekonomika li twettqet fl-aħħar snin fejn kien attirat investiment lejn pajjiżna f’setturi ġodda bħall-farmaċewtika, is-servizzi finanzjarji, l-avjazzoni u oħrajn. Dawn is-setturi qed jattiraw ukoll clusters madwarhom li jfissru aktar postijiet tax-xogħol: bħala eżempju, il-Ministru semma’ l-industrija tal-farmaċewtika, fejn llum qed naraw f’pajjiżna mhux biss investiment minn kumpaniji tal-farmaċewtika, iżda anke kumpaniji li jipprovdu transport jew stampar speċjalizzat għal dan is-settur. Bl-istess mod, is-suq tal-konferenzi huwa wkoll riżultat tal-isem li qed jikseb f’pajjiżna f’oqsma different ital-ekpnomija.

Il-Ministru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent, Mario de Marco qal l-qasam tal-konferenzi huwa niċċa importanti għas-settur turistiku ta’ pajjiżna. Hu qal li fl-2011 ġew Malta madwar 80,000 turist għal konferenzi, inċentivi u avvenimenti u fakkar li dan huwa qasam li jiġġenera kummerċ waqt ix-shoulder months fis-settur tat-turiżmu.

Mario de Marco spjega li bejn l-2009 u l-2012, permezz tal-fond se jkunu ġew organizzati 74 konferenza li se jkunu ġabu lejn Malta madwar 15,000 delegat. Mario de Marco qal li dan huwa qasam li jsaħħaħ d-diversifikazzjoni u l-kompettivita’ tas-settur turistiku filwaqt li joħloq l-impjiegi permezz tal-kummerċ li jiġġenera.

Dan il-Fond huwa miftuħ kemm għal dipartimenti u entitajiet tal-Gvern iżda anke għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) b'allokazzjoni ta' 250,000 ewro fis-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow