Left arrow Mur Lura

PROĠETT TAL-MHRA INTIŻ BIEX IĦARREĠ 430 ĦADDIEM FL-INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU

pr1569
Date Icon 16/07/2012

Sena wara l-oħra it-turisti f’pajjiżna qed jibqgħu jiżdiedu. L-2011 kienet sena rekord b’aktar minn 1.4 miljun turist li żaru lil Malta u Għawdex.  Bejniethom nefqu 1.2 biljun ewro li tfisser 857 ewro kull wieħed.  Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena diġa żaru Malta 460,000 turist.  Dawn ir-riżultati pożittivi qed iwasslu biex l-industrija tat-turiżmu tkompli toħloq ix-xogħol tant li 98 fil-mija tal-gradwati tal-ITS sabu impjieg.

Dan sostnieh il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) li matulha tnieda proġett intiż biex jitħarreġ 430 ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu.

Il-Ministru Said qal li minħabba l-importanza tal-industrija tat-turiżmu għall-ekonomija tal-pajjiż, hu meħtieġ li l-ħaddiema fis-settur jibqgħu jitħarrġu sabiex jassiguraw li jagħtu l-aħjar servizz lit-turisti li jżuruna.  Il-proġett mmexxi mill-MHRA hu intiż propju sabiex ikompli jħarreġ lill-front-liners li jiġu f’kuntatt dirett mat-turisti u biex b'hekk jkattru l-gharfien taghhom dwar il-kultura u l-istorja Maltija.

F'Malta hawn 162 intrapriża li jaħdmu direttament fis-settur turistiku.  Ghal dan il-proġett il-partecipanti minn dawn l-intraprizi ser jinghataw mawra fuq open buses u lanec filwaqt li jzuru numru ta' siti storici u turistici f’pajjiżna.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-President tal-MHRA Tony Zahra u mid-Direttur Maniġerjali ta’ Fortel Group Michael Zammit Tabona li qed ighin sabiex dan il-progett ikun possibli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow